Avviż legali importanti
L-informazzjoni fuq dan is-sit hija suġġetta għal dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà u għad-drittijiet tal-awtur. Hija koperta minn sistema ta’ salvagwardji għad-data personali.
Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà
Il-Qorti tal-Awdituri ma taċċetta ebda responsabbiltà jew obbligu għall-materjal fuq dan is-sit, li huwa pprovdut għal skopijiet ta’ informazzjoni biss. B’mod partikolari:
l-informazzjoni fuq dan is-sit ma tikkostitwixxix parir professjonali jew legali;
għalkemm il-Qorti tal-Awdituri tipprova tiżgura li l-informazzjoni ppubblikata fuq dan is-sit tkun aġġornata u preċiża, bl-ebda mod ma tista’ tiggarantixxi li dan ikun il-każ. Jekk tinġibdilna l-attenzjoni għal xi żbalji aħna nippruvaw nikkoreġuhom;
il-Qorti tal-Awdituri ma tassumi ebda responsabbiltà għall-użu ta’ data jew informazzjoni disponibbli fuq din il-websajt. Għaldaqstant, l-utenti huma avżati li jieħdu kull prekawzjoni meħtieġa qabel jużaw tali data, li huma jużaw għar-riskju proprju tagħhom;
l-informazzjoni disponibbli fuq dan is-sit tista’ tkun ikkollegata ma’ siti esterni li s-servizzi tal-Qorti tal-Awdituri ma għandhomx kontroll fuqhom u li għalihom il-Qorti tal-Awdituri ma tassumi ebda responsabbiltà.
Avviż dwar id-drittijiet tal-awtur
© Unjoni Ewropea, 1995-2023
Il-politika tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar l-użu mill-ġdid hija implimentata bid-Deċiżjoni Nru 6-2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-politika tad-data miftuħa u l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti.
Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (eż. f’avviżi individwali dwar id-drittijiet tal-awtur), il-kontenut tad-dokumenti tal-QEA, li huwa proprjetà tal-UE, huwa liċenzjat taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0)
. Dan ifisser li l-użu mill-ġdid huwa awtorizzat, dment li l-awturi jingħataw kreditu xieraq u li l-bidliet jiġu indikati. Il-persuni li jużaw mill-ġdid dan il-kontenut ma jistgħux ibiddlu s-sinifikat jew il-messaġġ oriġinali tad-dokumenti. Il-QEA ma għandhiex tkun responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza relatata mal-użu mill-ġdid.
Inti meħtieġ tikseb drittijiet addizzjonali ċari jekk kontenut speċifiku juri individwi privati identifikabbli, pereżempju f’ritratti li jkun fihom il-membri tal-persunal tal-QEA, jew jekk ikun jinkludi xogħlijiet ta’ parti terza. Fejn ikun inkiseb permess, tali permess għandu jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu.
Biex tuża jew tirriproduċi kontenut li ma jkunx proprjetà tal-UE, inti jista’ jkun li jkollok titlob il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur. Softwer jew dokumenti li jkunu koperti mid-drittijiet ta’ proprjetà industrijali, bħal privattivi, trademarks, disinji rreġistrati, logos u ismijiet, huma esklużi mill-politika tal-QEA dwar l-użu mill-ġdid u inti ma għandekx il-liċenzja biex tużahom.
Il-familja ta’ Siti Web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan id-dominju europa.eu, tipprovdi links għal siti ta’ partijiet terzi. Peress li dawn ma jaqgħux taħt il-kontroll tal-QEA, inti mħeġġeġ biex teżamina l-politiki tagħhom dwar il-privatezza u d-drittijiet tal-awtur.
Użu tal-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Ma jistax isir użu mil-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tagħha minn qabel.