30/10/2019
Il-Programm ta' Ħidma tagħna għall-2020, l-aħħar programm ta’ ħidma taħt l-istrateġija attwali tagħna, ikopri firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet li jirriflettu l-isfidi li l-UE qed tiffaċċja bħalissa. Huwa jindirizza l-preokkupazzjonijiet ewlenin, fosthom l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, it-tkabbir u l-inklużjoni, il-migrazzjoni, is-sigurtà u l-iżvilupp globali, is-suq uniku, kif ukoll UE li jkollha obbligu ta’ rendikont u li tkun effiċjenti. Aħna se nkomplu neżaminaw dawn loqsma kollha sabiex nistabbilixxu jekk l-UE hijiex qed twettaq dak li wiegħdet.
1 MB