05/05/2022
Illum, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) ippubblikat ir-rapport annwali tal-attività tagħha
għall-2021. Ir-rapport jagħti ħarsa ġenerali lejn ix-xogħol tal-QEA fl-2021, u jipprovdi
informazzjoni dwar il-maniġment tal-istituzzjoni, il-persunal u l-finanzi tagħha, u jiddeskrivi kif
id-900 impjegat tal-QEA komplew jipprovdu rapporti indipendenti u oġġettivi dwar
kwistjonijiet ewlenin għall-ġejjieni tal-UE. Minħabba li l-Istati Membri attwalment qed
jiffaċċjaw ħafna sfidi mhux mistennija, il-QEA taqdi rwol kruċjali billi tenfasizza dawk l-aspetti
ta’ azzjonijiet tal-UE li jaħdmu tajjeb, tiġbed l-attenzjoni għal aspetti li jistgħu jittejbu, u
tirrakkomanda bidliet sostantivi biex l-UE tkun tista’ tilħaq il-potenzjal sħiħ tagħha. Permezz ta’
dan ix-xogħol, l-UE tista’ tibni fuq l-isforzi preċedenti tagħha biex ittejjeb il-ġestjoni finanzjarja
tagħha, u biex tiżgura li l-infiq tal-UE jwassal riżultati.
Fl-2021, l-awdituri tal-UE komplew jaħdmu fi ħdan il-limiti tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u ssaħħa pubblika relatati mal-COVID-19. Il-kapaċità tagħhom li jwettqu awditi fuq il-post kienet
għadha ristretta sinifikattivament. Iżda huma aġġustaw għas-sitwazzjoni l-ġdida, għamlu bidliet
rapidi fil-metodi ta’ ħidma tagħhom, u malajr tgħallmu għodod ġodda biex ikunu jistgħu
jipprovdu servizz tal-awditjar pubbliku effettiv fl-UE.
L-attivitajiet li wettaqna fl-2021 - Rapport Annwali tal-Attività tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri
4 MB