02/02/2023
Aħna eżaminajna kif il-Kummissjoni adattat ir-regoli biex tipprovdi flessibbiltà akbar lill-Istati Membri fl-użu tal-fondi tal-politika ta' koeżjoni 2014-2020 b'rispons għall-pandemija tal-COVID-19. Sibna li l-Kummissjoni irreaġiet fil-pront u b’mod ġenerali adattat ir-regoli sew, u b’hekk iffaċilitat ir-ridirezzjoni tar-riżorsi eżistenti fi żmien ta’ diffikultà ekonomika serja. Ir-riżorsi ġodda sinifikanti li ddaħħlu ppermettew lill-Istati Membri jiffinanzjaw investimenti addizzjonali, iżda żiedu wkoll il-pressjoni biex il-fondi jintefqu sew. Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni tanalizza l-impatt tal-użu tal-fondi ta’ koeżjoni biex tindirizza l-kriżijiet fuq l-objettivi fuq terminu twil tal-politika, u timmonitorja l-infiq tal-Istati Membri biex tgħinhom jilħqu l-miri tal-prestazzjoni.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.
Rapport Speċjali 02/2023: L-adattament tar-regoli tal-politika ta' koeżjoni biex jirrispondu għall-COVID-19
4 MB