Il-bini ta’ suq intern tal-enerġija integrat bis-sħiħ bdiet fl-1996, u l-finalizzazzjoni talproġett
saret saħansitra aktar urġenti minħabba l-kriżi tal-enerġija u tal-għoli tal-ħajja li ċċittadini
tal-UE qed jiffaċċjaw attwalment.
Aħna vvalutajna jekk l-approċċ regolatorju tal-Kummissjoni u s-sorveljanza mill-Aġenzija
tal-UE għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) ikkontribwewx biex lintegrazzjoni
tiġi kkompletata u biex is-suq intern tal-elettriku tal-UE jiffunzjona sew.
Minkejja ċerti kisbiet sinifikanti li saru matul l-aħħar 10 snin, il-progress bl-integrazzjoni
kienet bil-mod u mhux uniformi fost is-segmenti tas-suq u fir-reġjuni fi ħdan l-UE. Seba’
snin wara d-data ta’ skadenza inizjali tal-2014 mogħtija mill-Kunsill, l-ebda waħda mil-linji
gwida regolatorji vinkolanti ma ġiet implimentata bis-sħiħ, u ħafna dewmien akkumula
prinċipalment minħabba l-arkitettura legali kumplessa u minħabba dgħufijiet fil-qafas ta’
governanza tal-UE.
L-ACER ma għandhiex is-setgħa li tiżgura infurzar konsistenti tar-regoli fil-livell nazzjonali, u
s-sorveljanza tas-suq imwettqa minnha għadha inkompleta - żewġ fatturi li jwasslu għal
għadd limitat ta’ penali.
Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni tissimplifika l-qafas regolatorju u ta’ infurzar, u
tqawwi l-governanza tal-ACER. Jenħtieġ li l-ACER issaħħaħ l-attivitajiet ta’ sorveljanza li
hija twettaq, u ttejjeb l-akkontabbiltà ta’ xogħolha.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.