16/01/2023
Dan ir-rapport analitiku jindirizza l-azzjonijiet tal-
UE għall-immaniġġjar tal-iskart perikoluż. Liskart
perikoluż jista’ jagħmel ħsara lil saħħet ilbniedem
u lill-ambjent. L-inizjattivi tal-UE ffukaw
fuq il-prevenzjoni tiegħu, iżda l-iskart perikoluż
kompla jiżdied mill-2004 ’l hawn. It-trattament
sikur huwa mxekkel mid-diffikultajiet, eż. ittraċċar
b’mod affidabbli tal-iskart perikoluż. ’Il
fuq minn 50 % tal-iskart perikoluż tal-UE għadu
qed jintrema. Ir-riċiklaġġ huwa ristrett minħabba
d-diffikultajiet tekniċi u n-nuqqas ta’
opportunitajiet fis-suq għall-output irriċiklat.
Barra minn hekk, it-traffikar illegali jibqa’ attività
li tħalli l-qligħ. L-isfidi futuri jinsabu fl-indirizzar
tal-ammonti dejjem jikbru ta’ skart perikoluż, fittitjib
tal-klassifikazzjoni tiegħu, fl-iżgurar tattraċċabbiltà
mill-ġenerazzjoni sat-trattament
finali, fl-isforzi biex jiġi limitat ir-rimi tiegħu
permezz ta’ aktar riċiklaġġ, u fl-indirizzar tattraffikar
illegali tiegħu.
Rapport Analitiku 02/2023: Azzjonijiet tal-UE biex jiġi indirizzat l-ammont dejjem jiżdied ta’ skart perikoluż
6 MB