15/02/2023
Fl-2007, l-UE nediet l-inizjattiva tal-Alleanza Globali Kontra t-Tibdil fil-Klima biex tgħin lill-pajjiżi foqra li qed jiżviluppaw u li huma l-aktar vulnerabbli għat-tibdil fil-klima jżidu l-kapaċità tagħhom li jadattaw għall-effetti tat-tibdil fil-klima. L-awditu li wettaqna vvaluta jekk l-azzjonijiet kisbux ir-riżultati intenzjonati tagħhom b’mod effiċjenti u jekk il-Kummissjoni mmassimizzatx il-valur miżjud tal-inizjattiva. Sibna li l-azzjonijiet ikkompletati ġeneralment wasslu l-outputs tagħhom, iżda li kien hemm lok biex jitnaqqsu l-kostijiet u jintwera l-impatt tal-inizjattiva. Nirrakkomandaw li l-Kummissjoni tiffoka fuq dawk l-aktar milquta mit-tibdil fil-klima u tinkorpora t-tagħlimiet meħuda fl-inizjattivi futuri għall-iżvilupp globali.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.
Rapport Speċjali 04/2023: L-Alleanza Globali Kontra t-Tibdil fil-Klima(+) – Il-kisbiet ma laħqux l-ambizzjonijiet
4 MB