01/03/2023
Ix-xenarju finanzjarju tal-UE evolva matul għexieren ta’ snin. Il-qalba tiegħu hija l-baġit tal-UE, li jinkludi għadd ta’ strumenti. Dan ix-xenarju jkopri wkoll strumenti li jkunu barra mill-baġit, li mmultiplikaw fi snin reċenti. L-awditu li wettaqna jipprovdi fehim approfondit tat-tfassil tal-arranġamenti attwali, u jidentifika l-ambitu potenzjali għas-simplifikazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tax-xenarju finanzjarju. Nikkonkludu li, anke jekk kien hemm raġunijiet għall-ħolqien ta’ strumenti barra mill-baġit, l-approċċ frammentat għall-istruttura tax-xenarju finanzjarju tal-UE rriżulta f’kostruzzjoni frammentata li ma tagħtix rendikont pubbliku sħiħ. Ir-rakkomandazzjonijiet tagħna għandhom l-għan li: jiżguraw it-twettiq ta’ valutazzjonijiet adegwati minn qabel ta’ strumenti li jkunu ġew proposti reċentement, jikkonsolidaw ix-xenarju finanzjarju tal-UE, u jtejbu l-għoti ta’ rendikont tagħha.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.
Rapport Speċjali 05/2023: Ix-xenarju finanzjarju tal-UE – Struttura frammentata li teħtieġ aktar simplifikazzjoni u obbligu ta’ rendikont
3 MB