Il-QEA ġiet stabbilita biex tawditja l-finanzi tal-UE. Il-punt tat-tluq tax-xogħol tal-awditjar tagħha huwa l-baġit u l-politiki tal-UE, primarjament f'oqsma relatati mat-tkabbir u l-impjiegi, mal-valur miżjud, mal-finanzi pubbliċi, mal-ambjent u mal-azzjoni dwar il-klima. Il-QEA tawditja l-baġit kemm f'termini ta' dħul kif ukoll ta' nfiq.
Titjib tal-obbligu ta' rendikont fl-UE
Ir-riżultati tax-xogħol tal-QEA jintużaw mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Istati Membri biex jissorveljaw il-ġestjoni tal-baġit tal-UE u, fejn meħtieġ, jagħmlu titjib. Ix-xogħol tal-QEA jipprovdi bażi importanti għall-kwittanza annwali, proċedura li fiha l-Parlament jiddeċiedi, abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-Kunsill, jekk il-Kummissjoni implimentatx il-baġit tas-sena preċedenti b'mod sodisfaċenti.
Provvediment ta' rapporti għal dawk li jfasslu l-politika fl-UE u għaċ-ċittadini tal-UE
Ir-rapporti u l-opinjonijiet tal-QEA jżidu l-valur lill-ġestjoni finanzjarja tal-UE billi jikkontribwixxu għal żviluppi fi ħdan l-Unjoni u jġibuha aktar viċin taċ-ċittadini Ewropej. L-għan tal-QEA huwa li tipproduċi rapporti tal-awditjar ta' kwalità għolja li huma ċari, rilevanti u f'waqthom, li huma bbażati fuq kriterji sodi u evidenza robusta, u li jindirizzaw it-tħassib tal-partijiet interessati kollha u għalhekk huma meqjusa bħala dokumenti importanti u awtorevoli. Il-publikazzjonijiet tal-QEA jinkludu rapporti annwali, rapporti annwali speċifiċi, rapporti speċjali, opinjonijiet u dokumenti ta' pożizzjoni.
Kooperazzjoni mill-qrib ma' istituzzjonijiet supremi oħra tal-awditjar
Sa 80 % tal-ġestjoni tal-baġit tal-UE hija kondiviża mal-Istati Membri. L-Istati Membri jikkooperaw mal-Kummissjoni fl-istabbiliment ta' sistemi ta' sorveljanza u kontroll intern biex jiżguraw li l-fondi tal-UE jintnefqu kif suppost u b'konformità mar-regoli. B'dan il-mod, l-awditu ikollu dimensjoni kemm tal-UE kif ukoll nazzjonali. Minbarra mix-xogħol magħmul mill-QEA, ħafna SAIs fl-Istati Membri jawditjaw il-fondi Ewropej li huma ġestiti u minfuqa mill-amministrazzjonijiet nazzjonali tagħhom.
Issettjar ta' standards għall-awditu ta' finanzi pubbliċi
Il-QEA hija impenjata li tkun fuq quddiem nett tal-iżviluppi fil-ġestjoni u fl-awditu tal-finanzi pubbliċi. Hija għandha parti importanti fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta' standards internazzjonali (eż. mill-INTOSAI).
L-impatt tagħna
Il-QEA għamlet kuraġġ bir-riżultati tagħha matul is-snin. Esperti esterni jqisu l-kwalità tar-rapporti tal-QEA bħala tajbin, u l-partijiet interessati istituzzjonali prinċipali jsibuhom utli. Hemm livell konsistentament għoli ta’ aċċettazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-QEA mill-Kummissjoni, u r-rapporti ta’ segwitu jenfasizzaw l-impatt pożittiv tagħhom.
Sfidi futuri
Il-QEA tistenna b'interess, fis-snin li ġejjin, l-isfida biex tgħin fit-titjib tal-għoti ta' rendikont tal-UE liċ-ċittadini għall-fondi pubbliċi li hija tipprovdi biex jintlaħqu l-objettivi tagħha.
Links relatati