Yes
No
  • 2016-2022

    Klaus-Heiner Lehne

    Klaus-Heiner Lehne (1.10.2016 - 30.9.2022)
    Il-Ġermanja

    Is-Sur Lehne twieled f'Düsseldorf fit-28 ta’Ottubru 1957. Huwa għadda mit-tieni eżami Statali fil-liġi f’Düsseldorf fl-1986. Kien Membru tal-Parlament Ewropew mill-1994 sal-2014, il-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati mill-2009 sal-2014.​

    Huwa kien ukoll Membru tal-Parlament Ġermaniż mill-1992 sal-1994, u lekċerer fid-dritt Ewropew fl-Università Heinrich Heine f’Düsseldorf u fl-Università ta’ Cologne mill-2004 sal-2014.

    Il-funzjoni Kollassa/Espandi hija kompletament disponibbli biss għall-utenti mingħajr diżabbiltà fil-vista (it-test diġà huwa disponibbli għas-software tal-qari tal-iskrin)
  • 2008-2016

    Vítor Manuel da Silva Caldeira
     

    Vítor Manuel da Silva Caldeira (16.1.2008 - 30.9.2016)
    Il-Portugall

    Imwieled f’Campo Maior fit-2 ta' Jannar 1960; lawrja fil-Liġi mill-Universidade Clássica, Lisbona; lawrja postuniversitarja fl-Istudji Ewropej mill-Istitut Ewropew tal-Fakultà tal-Liġi, Universidade Clássica, Lisbona.

    Għallem fil-Fakultà tal-Liġi fl-Universidade Clássica, Lisbona (1983) u fil-Kulleġġ għal Professjonijiet Ġodda (1996); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta' Marzu 2000 sat-30 ta' Settembru 2016: responsabbli għall-awditjar tal-attivitajiet bankarji tal-UE, inklużi l-Bank Ċentrali Ewropew, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA), l-Iskejjel Ewropej, il-korpi deċentralizzati u l-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (2000); responsabbli għad-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni (DAS) tal-Qorti fl-oqsma li ġejjin: l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi fid-diversi oqsma ta' dħul u nfiq tal-baġit tal-UE, ir-riforma tas-sistema ta' kontroll intern tal-Kummissjoni, il-modernizzazzjoni tas-sistema kontabilistika tal-UE; Membru relatur għall-Opinjoni tal-Qorti dwar il-mudell ta' awditu uniku (single audit) u l-proposta għal qafas ta' kontroll intern tal-UE (2002); Dekan tal-Grupp tal-Awditjar tal-Qorti responsabbli għall-koordinazzjoni tal-awditjar finanzjarju, il-metodoloġiji tal-awditjar u l-kontroll tal-kwalità (Grupp CEAD); Membru tal-Kumitat Amministrattiv tal-Qorti (2005); responsabbli għad-diviżjoni Żvilupp tal-Awditjar u Rapporti (ADAR), b'mod partikolari, il-kontroll tal-kwalità tar-rapporti tal-awditjar tal-Qorti u l-implimentazzjoni ta' metodoloġiji tal-awditjar (2006); Membru relatur għall-Manwal għall-Awditu tal-Prestazzjoni adottat mill-Qorti fl-2007; President tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (2008-2016); awditur tal-EUROSAI (2008); Membru tal-Bord Governattiv tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar (EUROSAI) (2011); responsabbli għas-sorveljanza tax-xogħol tal-Qorti, ir-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, ir-relazzjonijiet mal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar u organizzazzjonijiet internazzjonali tal-awditjar, kif ukoll kwistjonijiet legali u awditjar intern; matul l-ewwel mandat tiegħu, ippromwova u mmaniġġja riforma tal-istruttura u tal-proċess deċiżjonali tal-Qorti billi introduċa sistema ta' awli bil-ħsieb li jottimizza l-ġestjoni tal-Qorti, ubiex b’hekk issir aktar effiċjenti u effettiva; matul it-tieni mandat tiegħu, mexxa l-istituzzjoni f'perjodu li matulu r-rapporti u l-opinjonijiet tal-awditjar tal-Qorti dwar il-leġiżlazzjoni finanzjarja ħadu importanza saħansitra akbar minħabba fil-kriżi finanzjarja u l-ħtieġa urġenti biex jiġi żgurat li l-fondi tal-UE jkunu mmaniġġjati aħjar; sar President tal-Qorti tal-Awdituri Portugiża fit-3 ta' Ottubru 2016.

    Il-funzjoni Kollassa/Espandi hija kompletament disponibbli biss għall-utenti mingħajr diżabbiltà fil-vista (it-test diġà huwa disponibbli għas-software tal-qari tal-iskrin)
  • 2005-2008

    Hubert Weber
     

    Hubert Weber (16.1.2005 - 15.1.2008)
    L-Awstrija

    Imwieled fi Vjenna fid-29 ta’ Diċembru 1939; Dottorat fil-Liġi, l-Università ta' Vjenna; Ħadem fis-Servizz ċivili, u sussegwentement bħala Assistent Direttur fil-Ministeru għall-Affarijiet Soċjali Awstrijak (1959); Awditur fil-Qorti tal-Awdituri Awstrijaka.

    Wettaq xogħol fuq awditi tal-Uffiċċju tal-Kanċillier, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Ministeru tal-Ġustizzja (1970); Kap tal-Uffiċċju Privat tal-President tal-Qorti tal-Awdituri Awstrijaka u Kap tal-unità organizzattiva responsabbli għas-Segretarjat Ġenerali tal-INTOSAI (1975); Kap tal-Persunal (kwistjonijiet organizzattivi, baġitarji u tal-persunal, taħriġ) (1981); Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Awditjar tal-Intrapriżi Pubbliċi, responsabbli għas-sorveljanza tal-iżviluppi internazzjonali, b'mod partikolari fil-qasam tal-INTOSAI u l-organizzazzjonijiet imwaqqfa minnha f'diversi reġjuni (AFROSAI, ARABOSAI, ASOSAI, EUROSAI, OLACEFS u SPASAI), u għall-kooperazzjoni dwar proġetti tan-Nazzjonijiet Uniti fil-qasam tal-awditjar finanzjarju; Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta’ Marzu 1995 sal-31 ta’ Marzu 2011; Responsabbli għad-Dipartiment ADAR; President (2005- 2008).

    Il-funzjoni Kollassa/Espandi hija kompletament disponibbli biss għall-utenti mingħajr diżabbiltà fil-vista (it-test diġà huwa disponibbli għas-software tal-qari tal-iskrin)
  • 2002-2005

    Juan Manuel Fabra Vallés
     

    Juan Manuel Fabra Vallés (16.1.2002 - 15.1.2005)
    Spanja

    Imwieled f’Tortosa fl-4 ta' Frar 1950; iggradwat mill-Università Complutense ta' Madrid; President tal-fergħa tal-Partit Popolari ta' Tarragona (1978); Membru tal-Parlament ta' Tarragona; Membru tal-Assemblea Parlamentari tan-NATO (1982).

    Kelliem għall-Partit Popolari ta' Tortosa (1979); President reġjonali tal-fergħa Katalana tal-Partit Popolari; Membru tal-Kumitat Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Popolari (1986); Deputat President tal-grupp tal-Partit Popolari Ewropew fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (1989); Membru tal-Assemblea tal-Unjoni Ewropea tal-Punent (1991); Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, Kumitat għall-Affarijiet Barranin, u l-Politika ta' Sigurtà u Difiża (1994); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (2000-2006): President tal-Qorti, 2002-2005; miet fis-16 ta' April 2012.

    Il-funzjoni Kollassa/Espandi hija kompletament disponibbli biss għall-utenti mingħajr diżabbiltà fil-vista (it-test diġà huwa disponibbli għas-software tal-qari tal-iskrin)
  • 1999-2001

    Jan O. Karlsson
     

    Jan O. Karlsson (18.1.1999 - 31.12.2001)
    L-Iżvezja

    Imwieled fi Stokkolma fl-1 ta’ Ġunju 1939; gradwat mill-Università ta’ Stokkolma, l-Iżvezja (Ekonomija, Xjenzi Politiċi u Storja); Assistent Segretarju u mbagħad l-Ewwel Segretarju fil-Ministeru tal-Agrikoltura (1962); konsulent dwar il-politika għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru (1968).

    Segretarju għall-membru tal-kunsill responsabbli għall-finanzi tal-belt ta’ Stokkolma (1973); assistent segretarju għall-Presidju tal-Kunsill Nordiku (1977); Segretarju tal-Istat responsabbli għall-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi Skandinavi u Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tal-Finanzi; President tal-Kumitat dwar Bliet Kbar (1988); konsulent u koordinatur fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru (1990); rappreżentant personali tal-Prim Ministru fir-rievalwazzjoni miftiehma tal-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi Nordiċi fid-dawl tal-adeżjoni antiċipata tal-Iżvezja maż-Żona Ekonomika Ewropea u mal-UE (1990); negozjatur u konsulent dwar kwistjonijiet ekonomiċi, finanzjarji u baġitarji għas-Segretarjat tal-Grupp Demokratiku Soċjali fil-Parlament Żvediż (Riksdag) (1992); Direttur Ġenerali fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin (1994); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-1 ta’ Marzu 1995 sal-31 ta’ Diċembru 2001: responsabbli għas-settur “Kooperazzjoni ma’ pajjiżi li qed jiżviluppaw u ma’ pajjiżi li mhumiex Stati Membri (Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea)”; President tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (1999-2001); miet fid-19 ta’ Settembru 2016.

    Il-funzjoni Kollassa/Espandi hija kompletament disponibbli biss għall-utenti mingħajr diżabbiltà fil-vista (it-test diġà huwa disponibbli għas-software tal-qari tal-iskrin)
  • 1996-1999

    Bernhard Friedmann
     

    Bernhard Friedmann (1.1.1996 - 17.1.1999)
    Il-Ġermanja

    Imwieled f’Ottersweier fit-8 ta’ April 1932; Dottorat fl-Ekonomija , gradwat tal-Università ta’ Freiburg-in-Breisgau u tal-Iskola tal-Amministrazzjoni Ekonomika u Pubblika ta’ Freiburg-in-Breisgau; karigi ta’ livell għoli fis-Servizz Ċivili Federali tal-Ġermanja u fl-industrija.

    Ġie elett Membru tal-Parlament Ġermaniż (Bundestag) (1976), fejn kellu rwol fil-Kumitat tal-Baġit tal-Parlament u kien il-President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (1982) u tal-Kumitat għall-Approvazzjoni tal-Infiq fuq id-Difiża (1985); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-21 ta’ Diċembru 1989 sal-31 ta’ Diċembru 2001, responsabbli għall-awditjar kemm tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA), ta’ attivitajiet ta’ għoti u teħid b’self u ta’ sussidji fuq l-imgħax, kif ukoll tal-għajnuna mogħtija lill-Pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u lill-Istati Indipendenti Ġodda ta’ dik li qabel kienet l-Unjoni Sovjetika; Dekan tal-Grupp tal-Awditjar responsabbli għall-għajnuna strutturali, il-politika reġjonali, il-Programmi Mediterranji Integrati u t-taqsima “Infrastruttura tat-Trasport” tal-Fond ta’ Koeżjoni (1994); President tal-Qorti (1996-1999). Miet fit-18 ta’ Mejju 2021.

    Il-funzjoni Kollassa/Espandi hija kompletament disponibbli biss għall-utenti mingħajr diżabbiltà fil-vista (it-test diġà huwa disponibbli għas-software tal-qari tal-iskrin)
  • 1993-1995

    André J. Middelhoek
     

    André J. Middelhoek (12.1.1993 - 31.12.1995)
    In-Netherlands

    Imwieled f’Voorburg fit-13 ta’ Diċembru 1931; lawrja fix-Xjenzi Ekonomiċi mill-Univerisità ta’ Amsterdam (1957); Membru tal-Bureau Ċentrali Netherlandiż għall-Ippjanar (1958); Deputat Kap tal-Bureau Ċentrali għall-Ippjanar (1966).

    Lekċerer fl-Istitut Internazzjonali tal-Istudji Soċjali (1960). Direttur Ġenerali għall-Baġit, il-Ministeru tal-Finanzi; Membru/Viċi President tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika tal-Komunitajiet Ewropej (1969); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mit-18 ta’ Ottubru 1977 sal-31 ta’Diċembru 1995: awditjar tal-infiq fuq l-enerġija, ir-riċerka u l-investiment (1977); metodi ta’ ħidma u taħriġ professjonali; Membru relatur ġenerali għar-rapport annwali (1981); il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija, it-taqsima “Gwida”; Programmi Mediterranji integrati; koordinazzjoni tal-Fondi Strutturali; President 1993-1995.

    Il-funzjoni Kollassa/Espandi hija kompletament disponibbli biss għall-utenti mingħajr diżabbiltà fil-vista (it-test diġà huwa disponibbli għas-software tal-qari tal-iskrin)
  • 1990-1992

    Aldo Angioi
     

    Aldo Angioi (9.1.1990 - 31.12.1992)
    L-Italja

    Imwieled f’Ruma fil-11 ta' April 1927; lawrja ta' Master fil-Liġi (1947); għadda mill-kompetizzjoni tal-amministraturi għall-Ministeru tal-Impjiegi u s-Sigurtà Soċjali (1949); maġistrat fil-Corte dei Conti (il-Qorti tal-Awdituri Taljana) (1953).

    Konsulent fil-Corte dei Conti (1970); Membru tal-Bord Internazzjonali tal-Awdituri għan-NATO (1973); President tal-Bord Internazzjonali tal-Awdituri għan-NATO (1974); Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mit-18 ta' Ottubru 1977 sal-31 ta' Diċembru 1992: President tal-Qorti mill-1990 sal-1992. Miet fl-24 ta’ Ottubru 2020.​

    Il-funzjoni Kollassa/Espandi hija kompletament disponibbli biss għall-utenti mingħajr diżabbiltà fil-vista (it-test diġà huwa disponibbli għas-software tal-qari tal-iskrin)
  • 1984-1989

    Marcel Mart
     

    Marcel Mart (18.10.1984 - 20.12.1989)
    Il-Lussemburgu

    Imwieled f’Esch-sur-Alzette fl-10 ta' Mejju 1927; dottorat fil-Liġi; kien parti mill-Avukatura tal-Lussemburgu (1953); l-ewwel editur fl-aġenzija internazzjonali tal-istampa Agence Europe (1955);

    deputat kelliem tal-Awtorità Għolja tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (1960).

    Kap tal-uffiċċju tal-informazzjoni tat-Tliet Komunitajiet Ewropej fi New York (1964); kap tad-dipartiment tal-Informazzjoni lil Pajjiżi Terzi fil-Kummissjoni tal-Komunità Ekonomika Ewropea (1967); Ministru tal-Ekonomija, tal-Klassijiet tan-Nofs, tat-Turiżmu, tat-Trasport u tal-Enerġija tal-Gvern Lussemburgiż (1969); Membru tal-Qorti tal-Awdituri Ewropea mit-18 ta' Ottubru 1977 sal-20 ta’ Diċembru 1989: President tal-Qorti mill-1984 sal-1989; miet fil-15 ta’ Novembru 2019.

    Il-funzjoni Kollassa/Espandi hija kompletament disponibbli biss għall-utenti mingħajr diżabbiltà fil-vista (it-test diġà huwa disponibbli għas-software tal-qari tal-iskrin)
  • 1981-1984

    Pierre Lelong
     

    Pierre Lelong (18.10.1981 - 17.10.1984)
    Franza

    Imwieled f’Pariġi fit-22 ta' Mejju 1931; lawrja fil-Liġi; gradwat mill-Institut d’Etudes Politiques ta' Pariġi; studja fl-École d’Administration, it-Taqsima tal-Ekonomija u Finanzi (1956); Ministru tal-Finanzi (1958);

    Segretarju Ġenerali għal Kwistjonijiet ta’ Kooperazzjoni Ekonomika Interministerjali (1961). Konsulent fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru (1962); Konsulent f’Livell Għoli fil-Qorti tal-Awdituri Franċiża; Direttur tal-Fond ta' Gwida u Regolamentazzjoni tas-Swieq Agrikoli (1967); Membru tal-Parlament ta' Finistère (1968); Segretarju tal-Istat għall-Posta u t-Telekomunikazzjoni (1974); Amministratur tal-Caisse Nationale de Crédit Agricole u tal-Air France; Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mit-18 ta' Ottubru 1977 sal-20 ta' Diċembru 1989; President tal-Qorti mill-1981 sal-1984.

    Il-funzjoni Kollassa/Espandi hija kompletament disponibbli biss għall-utenti mingħajr diżabbiltà fil-vista (it-test diġà huwa disponibbli għas-software tal-qari tal-iskrin)
  • 1977-1981

    Michael N. Murphy
     

    Michael N. Murphy (11.11.1977 - 17.10.1981)
    L-Irlanda

    Imwieled f’Cork fid-19 ta' Jannar 1919; diversi karigi fis-servizz pubbliku (1937); uffiċjal amministrattiv u wara assistent uffiċjal prinċipali fil-Ministeru tal-Finanzi (1946); uffiċjal prinċipali (1962) u Assistent Sotto Segretarju responsabbli għall-Baġit tal-Istat (1968).

    Sotto Segretarju (Kap tad-Diviżjoni tal-Infiq Pubbliku), responsabbli għall-kwistjonijiet kollha relatati mal-infiq pubbliku (1971); Segretarju Ġenerali fil-Ministeru tal-Finanzi; Direttur tal-Bank Ċentrali tal-Irlanda; Gvernatur Supplenti tal-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp; Membru tal-Kumitat ta’ Koordinazzjoni tal-Politiki Ekonomiċi u Finanzjarji fuq terminu qasir (KEE); Membru tan-National and Economic Social Council; Membru tan-National Science Council; Membru tal-bord u tal-kumitat eżekuttiv tal-Istitut għar-Riċerka Ekonomika u Soċjali; Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mit-18 ta' Ottubru 1977 sas-17 ta' Mejju 1986; President tal-Qorti (1977-1981); miet fit-28 ta' Marzu 2009.

    Il-funzjoni Kollassa/Espandi hija kompletament disponibbli biss għall-utenti mingħajr diżabbiltà fil-vista (it-test diġà huwa disponibbli għas-software tal-qari tal-iskrin)