Il-missjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri hija li tikkontribwixxi għat-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-UE, li tippromwovi l-obbligu ta’ rendikont u t-trasparenza, u li taġixxi bħala l-gwardjan indipendenti tal-interessi finanzjarji taċ-ċittadini tal-Unjoni. Ir-rwol tal-QEA bħala l-awditur estern indipendenti tal-UE huwa li tiċċekkja li l-fondi tal-UE jkunu kkontabilizzati b'mod korrett, li jinġabru u jintnefqu f'konformità mar-regoli u r-regolamenti rilevanti u li kisbu valur għall-flus.
Missjoni
L-awditur estern indipendenti tal-UE
Bħala l-awditur estern indipendenti tal-UE, il-QEA tikkontribwixxi għat-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-UE, tippromwovi l-obbligu ta’ rendikont u t-trasparenza, u taġixxi bħala l-gwardjan indipendenti tal-interessi finanzjarji taċ-ċittadini tal-Unjoni.
Il-QEA tiċċekkja jekk il-baġit tal-Unjoni Ewropea ġiex implimentat b'mod korrett, u li l-fondi tal-UE inġabru u intnefqu legalment u f'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba. Hekk kif l-Ewropa qed tiffaċċja sfidi dejjem akbar u pressjoni dejjem tiżdied fuq il-finanzi pubbliċi tagħha, l-importanza tar-rwol tal-QEA tiżdied.
Il-QEA – istituzzjoni tal-UE
Il-QEA hija l-istituzzjoni tal-UE li tawditja l-finanzi tal-UE. Hija ġiet stabbilita fl-1977 u saret istituzzjoni tal-UE fis-sod fl-1993. Il-QEA hija impenjata li tkun organizzazzjoni effiċjenti fuq 'il quddiem nett tal-iżviluppi fl-awditjar u fl-amministrazzjoni pubblika.
Rwol
Awditur estern
F'soċjetajiet demokratiċi, informazzjoni dwar l-implimentazzjoni baġitarja u tal-politika li hija kompleta, preċiża u faċilment disponibbli hija essenzjali għal skrutinju effettiv u għal teħid effettiv ta' deċiżjonijiet. Tali informazzjoni tgħin biex tippromwovi ġestjoni finanzjarja tajba u sservi bħala bażi għall-obbligu ta' rendikont. Bħall-Istati Membri, l-UE teħtieġ awditur estern li jista' jaġixxi bħala l-gwardjan indipendenti tal-interessi finanzjarji taċ-ċittadini tagħha.
L-“għassies finanzjarju” tal-UE
Hekk kif l-Ewropa qed tiffaċċja sfidi dejjem akbar u pressjoni dejjem tiżdied fuq il-finanzi pubbliċi tagħha, l-importanza tar-rwol tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri qegħda dejjem tiżdied. Il-QEA tagħti twissijiet dwar riskji, tipprovdi aċċertament u toffri gwida lil dawk li jfasslu l-politika tal-UE dwar kif tista' tittejjeb il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u kif jiġi żgurat li ċ-ċittadini tal-Ewropa jkunu jafu kif qed jintnefqu flushom. Din hija l-essenza tal-kontribut tal-QEA għat-tisħiħ tal-leġittimità demokratika u tas-sostenibbiltà tal-Unjoni Ewropea.
Links relatati