F・dan ir-rapport issib rendikont komprensiv tal-attivitajiet li wettaqna fl-2017 u informazzjoni ewlenija dwar l-organizzazzjoni, il-baġit u l-persunal tagħna.
Matul is-sena, aħna ppubblikajna rapporti speċjali dwar firxa wiesgħa ta・ politiki u programmi tal-UE, kif ukoll pubblikazzjonijiet analitiċi bħal analiżijiet panoramiċi u analiżijiet rapidi dwar każijiet speċifiċi. Barra minn hekk, aħna ħejjejna bosta opinjonijiet dwar proposti leġiżlattivi u, kif nagħmlu kull sena, ir-rapporti annwali tagħna dwar il-baġit tal-UE u dwar il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp, kif ukoll dwar l-aġenziji tal-UE u dwar bosta korpi oħra tal-Unjoni.
Iżda matul is-sena ħarisna wkoll ・il quddiem lejn il-futur. Aħna ddiskutejna u qbilna dwar l-istrateġija tagħna għat-tliet snin li baqa・ tal-qafas finanzjarju pluriennali attwali, jiġifieri sa tmiem l-2020. Biex ikomplu jkollhom fiduċja fl-UE u fl-istituzzjonijiet tagħha, iċ-ċittadini tal-UE jirrikjedu informazzjoni li tkun ċara, affidabbli u aċċessibbli. Jeħtieġ li n-nies ikunu jistgħu jaraw li l-UE taġixxi b・integrità, tapplika l-istat tad-dritt, tonfoq il-fondi pubbliċi b・attenzjoni, ikollha objettivi ta・ politika ċari u tikseb ir-riżultati li tkun wiegħdet. Bħala l-awditur estern tal-Unjoni, il-QEA tinsab f・pożizzjoni tajba biex tivverifika dan kollu u tirrapporta kif meħtieġ.