Skont rapport speċjali ġdid li ġie ppubblikat illum mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA), lazzjoni
li ttieħdet mill-UE ma wasslitx għall-irkupru ta’ ammont sinifikanti ta’ ekosistemi u
ħabitats tal-baħar. Il-qafas tagħha għall-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar mhuwiex
approfondit biżżejjed biex l-ibħra jiġu restawrati għal kundizzjoni ambjentali tajba, filwaqt li lfondi
tal-UE rarament jappoġġaw il-konservazzjoni tal-ispeċijiet u l-ħabitats tal-baħar. Lawdituri
sabu li ż-żoni tal-baħar protetti (MPAs) jipprovdu protezzjoni reali limitata, filwaqt li
għadu jsir sajd eċċessiv, b’mod partikolari fil-Mediterran.
L-UE hija impenjata li tipproteġi l-ambjent tal-baħar permezz tal-politiki ambjentali u tas-sajd
tagħha. Il-politiki ambjentali prinċipali tagħha huma stipulati fid-Direttiva Kwadru dwar l-
Istrateġija Marina u fid-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats, u jinkludu l-istabbiliment ta’
network ta’ MPAs. Il-politika komuni tas-sajd tal-UE għandha l-għan li tiżgura li l-attivitajiet tassajd
ikunu ambjentalment sostenibbli, u li timminimizza kemm jista’ jkun l-impatti negattivi
tagħhom fuq l-ekosistema tal-baħar, kif ukoll li tipprovdi finanzjament. Madankollu, l-UE ma
rnexxilhiex twaqqaf it-telfien tal-bijodiversità tal-baħar fl-ibħra tal-Ewropa.
“Minħabba l-importanza ekonomika, soċjali u ambjentali tagħhom, l-ibħra huma tassew teżor.
Madankollu, l-azzjoni li ttieħdet mill-UE sa issa ma ppermettietx li l-ibħra Ewropej jiġu restawrati
għal status ambjentali tajjeb, u lanqas li s-sajd imur lura għal livelli sostenibbli”, qal João
Figueiredo, il-Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri responsabbli għar-rapport. L-awditu li
wettaqna jissenjala b’mod ċar sitwazzjoni allarmanti f’dak li jirrigwarda l-protezzjoni tal-baħar
tal-UE.”