Il-proprjetà intellettwali hija essenzjali għall-ekonomija tal-UE. Għalhekk, element ewlieni talkompetittività
tal-Unjoni huwa li jiġi żgurat li din tiġi protetta sew fi ħdan is-suq uniku. Fid-dawl
ta’ dan, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri qed tagħti bidu għal awditu biex tivvaluta l-effettività tassistema
ta’ protezzjoni tal-proprjetà intellettwali tal-UE.
Il-proprjetà intellettwali hija ta’ importanza kruċjali għall-ekonomija tal-UE. Id-drittijiet talproprjetà
intellettwali (IPRs) jipprovdu inċentiv għall-innovazzjoni, il-kreattività u l-iżvilupp
teknoloġiku. L-IPRs joffru wkoll protezzjoni kontra l-ikkuppjar mhux awtorizzat u għalhekk
jipprevienu l-iffalsifikar u l-piraterija. Dawn huma problema kumplessa u li dejjem tikber.
Minbarra d-dannu ekonomiku li joħolqu, jistgħu jkunu wkoll kwistjoni ta’ sigurtà pubblika, kif
intwera b’mod ċar matul il-pandemija tal-COVID-19.
Dan huwa speċjalment minnu f’għadd ta’ setturi fejn in-negozji tal-UE huma mexxejja dinjija: lilbies,
l-oġġetti lussużi u l-farmaċewtiċi, biex insemmu biss xi ftit minnhom. Huwa stmat li lindustriji
li jiddependu ħafna mill-proprjetà intellettwali jiġġeneraw kważi 45 % tal-PDG tal-UE,
b’valur ta’ EUR 6.6 triljun, filwaqt li jipprovdu kważi terz tal-impjiegi totali fl-UE.
“Mingħajr mezzi effettivi għall-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-innovazzjoni u lkreattività
jiġu skoraġġuti u l-investiment jonqos”, qalet Ildikó Gáll-Pelcz, il-Membru tal-Qorti
Ewropea tal-Awdituri responsabbli għall-awditu. “L-IPRs għalhekk huma tal-akbar importanza
għas-suċċess tas-suq intern”.