Il-QEA hija membru ta' għadd ta' kumitati tal-INTOSAI u ta' gruppi ta' ħidma, u permezz ta’ din il-ħidma hija tagħti kontribut attiv għall-iżvilupp tal-professjoni tal-awditjar pubbliku madwar id-dinja.
INTOSAI
L-INTOSAI (Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar) hija l-organizzazzjoni professjonali ta' SAIs ta' pajjiżi li jagħmlu parti min-Nazzjonijiet Uniti jew l-aġenziji speċjalizzati tagħha. Hija tinkludi 191 membru sħiħ (li minnhom il-QEA hija l-uniku korp supranazzjonali) u 4 organizzazzjonijiet internazzjonali bi sħubija assoċjata, u hija elenkata bħala organizzazzjoni ta' appoġġ tan-Nazzjonijiet Uniti.
Sa mill-1980 il-QEA kienet irrappreżentata f'kull kungress tal-INTOSAI li jsir kull tliet snin, u f'ħafna okkażjonijiet ħadet ir-responsabbiltà għat-tema tal-kungress. Minn mindu saret membru sħiħ tal-INTOSAI fl-2004, il-QEA pparteċipat b’mod attiv fis-sottokumitati li jiżviluppaw standards professjonali tal-awditjar.
EUROSAI
Il-QEA hija membru fundatur tal-EUROSAI (Organizzazzjoni Ewropea tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar), grupp reġjonali tal-INTOSAI ta' madwar 50 membru li ġie stabbilit mis-SAIs Ewropej u mill-QEA fl-1989. Il-QEA hija involuta b'mod attiv f'ħafna gruppi ta' ħidma u task forces tal-EUROSAI u saret membru tal-Bord ta' Tmexxija tagħha fl-2011.
Il-Gruppi reġjonali l-oħra tal-INTOSAI huma, l-AFROSAI, l-ARABOSAI, l-ASOSAI, il-CAROSAI, l-OLACEFS u l-PASAI.
Links relatati: