Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri hija l-awditur estern tal-Unjoni. Il-Kulleġġ tal-QEA huwa magħmul minn Membru wieħed minn kull Stat Membru u huwa appoġġat minn madwar 900 membru tal-persunal min-nazzjonalitajiet kollha tal-UE. Aħna nibbażaw ix-xogħol tagħna fuq il-valuri li ġejjin:
-
Indipendenza
-
- Aħna nwettqu x-xogħol tagħna mingħajr influwenzi li jistgħu jikkompromettu, jew li jistgħu jitqiesu bħala li jikkompromettu l-ġudizzju professjonali tagħna.
-
-
Integrità
-
- Aħna naġixxu b’mod onest, affidabbli u unikament fl-interess pubbliku tal-UE, u l-għan tagħna huwa li mmexxu bl-eżempju fix-xogħol professjonali tagħna u fil-mod kif nimmaniġġjaw l-istituzzjoni tagħna.
-
-
Oġġettività
-
- Aħna imparzjali u oġġettivi, u nibbażaw il-konklużjonijiet tal-awditjar tagħna fuq evidenza suffiċjenti, rilevanti u affidabbli.
-
-
Trasparenza
-
- Aħna nikkomunikaw is-sejbiet tagħna permezz ta’ rapporti ċari, komprensivi u aċċessibbli, ippubblikati fil-lingwi kollha tal-UE, filwaqt li nirrispettaw ir-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-data.
-
-
Professjonalità
-
- F’konformità mal-istandards internazzjonali tal-awditjar, aħna niksbu, niżviluppaw u nżommu l-ogħla livelli ta’ għarfien, kompetenzi u ħiliet relatati kemm mal-professjoni tal-awditjar tas-settur pubbliku, kif ukoll mal-ġestjoni finanzjarja u tal-politika tal-UE.
Il-missjoni tagħna
Permezz tax-xogħol tal-awditjar li nwettqu, li huwa indipendenti, professjonali u jħalli impatt, aħna nivvalutaw l-ekonomija, l-effettività, l-effiċjenza, il-legalità u r-regolarità tal-azzjonijiet tal-UE biex intejbu l-obbligu ta’ rendikont, it-trasparenza u l-ġestjoni finanzjarja, b’hekk tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini u nirrispondu b’mod effettiv kemm għall-isfidi attwali li qed tiffaċċja l-UE kif ukoll dawk li se tiffaċċja fil-futur.
Il-viżjoni tagħna
Aħna għandna l-għan li nkunu fuq quddiem nett f’dak li jirrigwarda l-professjoni tal-awditjar tas-settur pubbliku, u li nikkontribwixxu għal Unjoni Ewropea aktar reżiljenti u sostenibbli li tiddefendi l-valuri li fuqhom hija bbażata.