L-iskop prinċipali tal-laqgħa tal-Uffiċjali ta' Kollegament fir-rebbiegħa huwa li ssir it-tħejjija għal-laqgħa li jkun imiss tal-Kumitat ta’ Kuntatt. Fl-2018, il-laqgħa tal-Kumitat ta’ Kuntatt se ssir f’Dubrovnik fil-11-12 ta’ Ottubru, u se tkun ippreseduta mill-Istituzzjoni Suprema tal-Awditjar tal-Kroazja. Fil-laqgħa tagħhom li saret fil-Belt Valletta, Malta, fl-10-11 ta’ Mejju 2018, l-Uffiċjali ta' Kollegament eżaminaw l-iżviluppi u l-attivitajiet reċenti li kellhom jiġu diskussi mill-Kumitat ta’ Kuntatt. Barra minn hekk, l-Uffiċjali ta' Kollegament iddiskutew is-suġġett prinċipali tal-laqgħa ta’ din is-sena tal-Kumitat ta’ Kuntatt, jiġifieri l-interazzjoni maċ-ċittadini tal-UE – ftuħ tas-SAIs.
L-Uffiċċjali ta’ Kollegament tan-Netwerk tas-SAIs ta’ Pajjiżi Kandidati u Pajjiżi Kandidati Potenzjali tal-UE ltaqgħu fid-9 ta’ Mejju 2018. Huma ddiskutew l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma tan-Netwerk, attivitajiet futuri kif ukoll kwistjonijiet relatati mal-governanza.