Liġi tal-UE dwar il-Cookies
Jekk inti tixtieq iżżur dan is-sit, inti b'dan infurmat, f'konformità ma' Direttiva tal-UE 2009/136/KE, li cookie tiġi attivata meta inti tidħol fis-sistema. Jekk inti m'intix lest li taċċetta dan, tidħolx fis-sit. Il-cookie kkonċernata tintuża biex taħżen il-preferenza tiegħek ta' lingwa iżda ma hija se żżomm l-ebda data personali. Hija tiskadi wara sena.

Aħbarijiet

Ħarsa ġenerali lejn kif l-awdituri fl-Unjoni Ewropea kollha jiskrutinizzaw is-saħħa pubblika ġiet ippubblikata llum mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) f’isem il-Kumitat ta’ Kuntatt talistituzzjonijiet supremi tal-awditjar (SAIs) tal-UE. B’kollox, 24 SAI kkontribwew għal dan it-tieni Kompendju tal-Awditjar maħruġ mill-Kumitat ta’ Kuntatt.

Is-saħħa pubblika taqa’ prinċipalment taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, u dan jirriżulta f’differenzi konsiderevoli fost is-sistemi tas-saħħa. L-UE tappoġġa l-isforzi li jsiru fil-livell nazzjonali u tiffoka speċifikament fuq li tikkomplementa jew tikkoordina l-azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri. Matul l-aħħar għexieren ta' snin, is-sistemi nazzjonali tas-saħħa kienu qed jiffaċċjaw għadd kbir ta' sfidi, bħal spejjeż li dejjem qed jiżdiedu, popolazzjonijiet li qed jixjieħu, jew pazjenti kif ukoll professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa li qed isiru dejjem aktar mobbli. 

“Is-saħħa pubblika tirrikjedi sforzi kkoordinati bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha u, mingħajr dubju, is-suġġett se jkompli jkollu pożizzjoni prominenti fuq l-aġenda politika għallġenerazzjonijiet li jmiss,” qal il-President tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Klaus-Heiner Lehne. “Għalhekk huwa essenzjali li titrawwem sensibilizzazzjoni dwar is-sejbiet reċenti tal-awditjar fl-UE kollha.”

Il-Kompendju jipprovdi xi informazzjoni ġenerali dwar is-saħħa pubblika, kif ukoll dwar il-bażijiet ġuridiċi, l-objettivi prinċipali u r-responsabbiltajiet relatati tagħha fil-livell tal-Istati Membri u dak tal-UE. Il-Kompendju juri wkoll l-isfidi prinċipali li l-UE u l-Istati Membri tagħha qed jiffaċċjaw f’dan il-qasam. Is-saħħa pubblika hija qasam li huwa kumpless biex jiġi awditjat. Minkejja dan, lgħadd kbir ta’ awditi li twettqu fi snin reċenti jirrifletti s-sinifikat kbir ta’ dan il-qasam għaċċittadini tal-UE.

Il-Kompendju jibbaża fuq riżultati reċenti ta’ awditi li twettqu mill-QEA u mis-SAIs ta’ 23 Stat Membru tal-UE: il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, lIrlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, lAwstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Finlandja. Dawn l-awditi indirizzaw aspetti importanti tal-prestazzjoni u skrutinizzaw kwistjonijiet differenti relatati mas-



04/01/2020
Dan is-sit huwa ġestit mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.