No

​It-Task Force biex tesplora l-possibbiltajiet għal kooperazzjoni mal-Eurostat u mal-istituzzjonijiet nazzjonali tal-istatistika (NSIs) ġiet stabbilita f’Ottubru 2011 u kienet kopreseduta mis-SAIs tad-Danimarka u tal-Polonja. L-għan kumplessiv tat-Task Force kien li tidentifika oqsma fejn is-SAIs, l-Eurostat u l-istituzzjonijiet nazzjonali tal-istatistika jistgħu jikkooperaw, u li tagħti pariri dwar azzjonijiet konkreti. L-attivitajiet tat-Task Force kienu jinkludu l-iżvilupp ta' kwestjonarju għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar is-“sitwazzjoni” attwali tar-relazzjoni bejn is-SAIs u l-NSIs, kif ukoll l-istabbiliment tal-kuntatt għall-NSIs għall-iskambju ta’ fehimiet dwar il-possibbiltà ta’ kooperazzjoni. Fil-laqgħa tagħha f’Kopenħagen f’Ġunju 2012, it-Task Force iddiskutiet – bil-parteċipazzjoni ta’ rappreżentanti mill-Eurostat u mill-NSI Daniż – ir-riżultati tal-kwestjonarju, kif ukoll rekwiżiti legali u forom possibbli ta’ kooperazzjoni. It-Task Force rrappurtat ir-riżultati tax-xogħol tagħha fil-laqgħa tal-Kumitat ta’ Kuntatt 2012. It-Task Force ikkompletat xogħolha bir-Rapport ta’ sfond u r-Resolution on SAIs’ cooperation with Eurostat and the NSIs (Riżoluzzjoni dwar il-kooperazzjoni tas-SAIs mal-Eurostat u mal-NSIs) (CC-R-2012-2).

Għal aktar informazzjoni kkuntattja

lis-Sinjura Nanna Henning (Ko-President), L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar tad-Danimarka (nh@rigrevisionen.dk)

lis-Sur Jacek Mazur, (Ko-President), L-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar tal-Polonja (Jacek.Mazur@nik.gov.pl)

Rapporti Relatati:

  • Background report to the Resolution of the Contact Committee Task Force to explore the possibilities for cooperation with Eurostat and National Statistical Institutions

    In October 2011, the Contact Committee of the Heads of EU SAIs set up a Task Force to explore the possibilities for cooperation with Eurostat and National Statistical Institutions (NSIs). The Task Force was established on the basis of the Contact Committee’s efforts to ensure efficient public auditing in response to the financial and economic crisis and highlighting the importance of reliable and timely information (including statistics) on the use of public funds. The Contact Committee asked the Task Force to report on the results of its work at the next CC meeting in 2012 (CC-R-2011-06)
    Il-funzjoni Kollassa/Espandi hija kompletament disponibbli biss għall-utenti mingħajr diżabbiltà fil-vista (it-test diġà huwa disponibbli għas-software tal-qari tal-iskrin)