Fl-2012 il-Kumitat ta’ Kuntatt (KK) ta mandat lit-Task Force (TF) biex tqis u tirrapporta lura dwar il-kompiti u r-rwoli tas-SAIs fir-rigward ta’ żviluppi reċenti fl-UE. Minbarra li tindirizza kwistjonijiet sostantivi t-TF intalbet teżamina l-prerekwiżiti għall-eżekuzzjoni effettiva ta’ dawn il-kompiti u r-rekwiżiti għall-indipendenza, l-effettività u l-kredibbiltà tas-SAIs. L-għan huwa li tkun tista’ tagħti kontribut mill-aktar xieraq u effettiv għal proċessi leġiżlattivi futuri, possibbilment b’mod konsultattiv, filwaqt li tibni fuq il-punti tajbin u fuq l-esperjenza tal-KK u tal-organizzazzjonijiet membri tiegħu.