Liġi tal-UE dwar il-Cookies
B'konformità mad-Direttiva tal-UE 2009/136/KE, inti hawnhekk infurmat li se tiġi maħżuna cookie fuq l-apparat elettroniku tiegħek. Inti tista' taċċettaha u s-sistema tiftakar il-lingwa tal-għażla tiegħek għal żjarat lill-websajt fil-futur (sa żmien sena) jew tista' tirrifjutaha u l-għażla ta' lingwa tiegħek tinżamm biss għal din iż-żjara. Il-cookie kkonċernata tintuża biss biex taħzen il-preferenza tal-lingwa tiegħek iżda ma żżomm ebda data personali.

Grupp ta’ ħidma dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-irregolaritajiet u l-frodi

 
 
Grupp ta’ ħidma ġie stabbilit mill-Kumitat ta’ Kuntatt tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-UE (SAIs) fil-laqgħa tiegħu f’Riga (il-Latvja) fid-19 ta’ Ġunju 2015, sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn is-SAIs fil-qasam tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-irregolaritajiet u l-frodi, u b’hekk jiġi protett id-dħul tal-UE. L-objettivi speċifiċi tal-grupp huma kif ġej:
 
  • li jiġu mmirati oqsma ewlenin fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi permezz tal-promozzjoni ta’ azzjonijiet ta’ monitoraġġ uniformi fid-diversi Stati Membri u tat-tfassil ta’ proposti għat-titjib tal-leġiżlazzjoni tal-UE;
  • li tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-OLAF, b’mod partikolari fl-użu tad-database tiegħu għall-monitoraġġ tal-irregolaritajiet u l-frodi, bil-ħsieb li jinħolqu databases nazzjonali;
  • li jiġu armonizzati l-azzjonijiet meħuda mill-istituzzjonijiet tal-awditjar Ewropej għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-irregolaritajiet u l-frodi;
  • li tissaħħaħ il-katina ta’ kontroll”;
  • li jittejbu l-proċeduri għall-irkupru tar-riżorsi nazzjonali u Ewropej;
  • li jitfasslu proposti għat-titjib tal-istandards Ewropej attwali.
 
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lil:
 
Giovanni Coppola, Corte dei conti (ufficio.relazioni.internazionali@corteconti.it)
Dan is-sit huwa ġestit mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.