No

Il-Grupp ta’ Ħidma dwar Standards Komuni tal-Awditjar twaqqaf fl-2006 mill-Kumitat ta’ Kuntatt bil-mandat speċifiku “li jiżviluppa standards tal-awditjar komuni u kriterji tal-awditjar komparabbli, ibbażati fuq standards tal-awditjar rikonoxxuti internazzjonalment, applikabbli fil-qasam tal-UE”.

Il-Grupp ta’ Ħidma ffoka primarjament fuq iż-żieda fil-fehim mis-SAIs ta’ approċċi għall-interpretar u l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-awditjar, b’referenza partikolari għal speċifiċitajiet tal-UE identifikati. Huwa qies bis-sħiħ ix-xogħol dejjem għaddej tal-Kumitat u tas-Sottokumitati tal-Istandards Professjonali mwaqqfa mill-INTOSAI għall-iżvilupp tal-ISSAIs, u bbaża xogħolu fuq l-istandards tal-awditjar komuni l-aktar rilevanti. Huwa aġixxa bħala forum professjonali fejn ir-riżultati, l-esperjenzi u l-istudji ta’ każijiet tal-awditjar ġew miġbura, ippreżentati u kkumpilati.

B’riżultat ta’ dan, il-Grupp ta’ Ħidma pproduċa dokumenti ta’ informazzjoni dwar prattiki tas-SAIs fl-awditjar ta’ fondi/politiki tal-UE fi ħdan il-qafas ta’ standards tal-INTOSAI, fi kliem ieħor “eżerċizzju ta’ mmappjar” relatat mal-mandati u l-attivitajiet tal-awditjar tas-SAIs, dokument dwar l-“awditu tal-konformità”, u dokument dwar l-“awditu tal-prestazzjoni”, li kull wieħed minnhom kien introdott b’preambolu.

Din l-inizjattiva kkontribwixxiet għal aktar tisħiħ fil-kooperazzjoni bejn is-SAIs fl-awditjar u fit-titjib tal-obbligu ta’ rendikont tal-fondi tal-UE, fil-livelli nazzjonali u Komunitarji, u fil-provvediment lis-SAIs tal-UE b’eżempji tal-prattika fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-istandards internazzjonali tal-awditjar fil-kuntest tal-UE. Il-Kumitat ta’ Kuntatt iddeċieda li jagħlaq il-Grupp ta’ Ħidma f’Ottubru 2010.

Għal aktar informazzjoni kkuntattja

lis-Sur Christophe Perron, Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (christophe.perron@eca.europa.eu)

Rapporti Relatati:​

  • Final Report

    Contact Committee Working Group on Common Auditing Standards and Comparable Audit Criteria - September 2010
    Il-funzjoni Kollassa/Espandi hija kompletament disponibbli biss għall-utenti mingħajr diżabbiltà fil-vista (it-test diġà huwa disponibbli għas-software tal-qari tal-iskrin)