-->

Informazzjoni speċifika għall-pajjiż

Bħala l-awditur indipendenti estern tal-UE, spiss aħna nżuru l-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi terzi biex niġbru informazzjoni u data dwar kif ikunu qed jintnefqu flus l-UE. Huwa importanti li jiġi osservat li aħna ma nawditjawx dawn il-pajjiżi, aħna niġbru evidenza għall-awditi fil-livell tal-UE.

Ix-xogħol tal-awditjar li nwettqu fl-Istati Membri jista’ jinkludi biss valutazzjoni tas-sistemi u tal-proċeduri għall-ġestjoni tad-dħul u l-infiq tal-UE. Awditu ta’ proċeduri purament nazzjonali, li jiġu ffinanzjati biss mill-baġit nazzjonali u li mhumiex konnessi mal-ġestjoni tad-dħul u l-infiq tal-Unjoni, ma jaqax fi ħdan il-mandat tagħna. Aħna għandna d-dritt li nwettqu żjarat ta’ ġbir ta’ informazzjoni fl-Istati Membri, iżda biss jekk dawn iż-żjarat ikunu meħtieġa sabiex jiġi aċċertat kif l-UE qed twettaq ir-rwol tagħha ta’ ġestjoni tad-dħul u l-infiq tagħha.

Fl-Istati Membri, l-awditi tagħna jitwettqu b’kollaborazzjoni mas-SAIs nazzjonali jew, jekk dawn ma jkollhomx is-setgħat meħtieġa, mad-dipartimenti nazzjonali kompetenti. Aħna nikkooperaw mas-SAIs tal-Istati Membri fi spirtu ta’ fiduċja, filwaqt li nżommu l-indipendenza taż-żewġ partijiet.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt biex tfittex il-pubblikazzjonijiet tagħna skont il-pajjiżi li nkunu żorna matul ix-xogħol tal-awditjar li wettaqna.