Document|f258a1bd-c6ef-43a5-b6cb-4d4c3af879a4;Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali Nru 17/2014: L‑inizjattiva tal‑UE dwar iċ‑Centri ta’ Eċċellenza tista’ tikkontribwixxi b’mod effettiv għall‑mitigazzjoni ta’ riskji kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari li jkunu ġejjin minn barra l‑UE?

Rapport Speċjali Nru 17/2014: L‑inizjattiva tal‑UE dwar iċ‑Centri ta’ Eċċellenza tista’ tikkontribwixxi b’mod effettiv għall‑mitigazzjoni ta’ riskji kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari li jkunu ġejjin minn barra l‑UE?

Maltese icpdf.png 607 KB
03/12/2014

L‑Unjoni Ewropea nediet l‑Inizjattiva tagħha dwar iċ‑Ċentri ta’ Eċċellenza Kimiċi, Bijoloġiċi, Radjoloġiċi u Nukleari (CBRN) f’Mejju 2010. L‑Inizjattiva hija mfassla biex tissaħħaħ il‑kapaċità istituzzjonali ta’ pajjiżi li mhumiex fl‑UE biex jimmitigaw riskji CBRN li, jekk ma jiġux miġġielda, jistgħu jikkostitwixxu theddida għall‑UE.

L‑awditu mill‑Qorti vvaluta jekk l‑Inizjattiva tal‑UE dwar iċ‑Ċentri ta’ Eċċellenza CBRN tistax tikkontribwixxi b’mod effettiv għall‑mitigazzjoni ta’ riskji ta’ dan it‑tip li jkunu ġejjin minn barra l‑UE. Hija tikkonkludi li l‑Inizjattiva tista’ tikkontribwixxi b’mod effettiv għall‑mitigazzjoni ta’ riskji kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari li jkunu ġejjin minn barra l‑UE, iżda bosta elementi għad iridu jiġu ffinalizzati. Il‑Qorti tagħmel għadd ta’ rakkomandazzjonijiet li s‑SEAE u l‑Kummissjoni għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni biex ikomplu jiżviluppaw l‑Inizjattiva u jiżguraw is‑sostenibbiltà tagħha.