Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali Nru 15/2015:  L‑appoġġ taħt il‑Faċilità għall‑Enerġija AKP–UE għal enerġija rinnovabbli fl‑Afrika tal‑Lvant

Maltese icpdf.png 1 MB
03/12/2015

Fl-2004, kważi żewġ biljun persuna ma kellhomx aċċess għal
servizzi tal‑enerġija adegwati, mhux għaljin u sostenibbli, li
huma ta’ qofol għal progress sod lejn l‑objettivi tal‑iżvilupp.
Il‑Faċilità għall‑Enerġija AKP‑UE, li nħolqot f’Ġunju 2005,
għandha l‑għan li tippromwovi l‑aċċess għal servizzi moderni
tal‑enerġija għall‑foqra f’żoni rurali u periurbani, b’fokus
qawwi fuq l‑Afrika Sub‑Saħarjana u l‑enerġija rinnovabbli.
F’dan ir‑rapport, aħna nikkonkludu li, fil‑biċċa l‑kbira,
il‑Kummissjoni kellha suċċess iżda setgħet għamlet użu aħjar
tal‑Faċilità għall‑Enerġija AKP‑UE biex iżżid l‑aċċess għal
enerġija rinnovabbli għall‑foqra fl‑Afrika tal‑Lvant. Aħna
nagħmlu għadd ta’ rakkomandazzjonijiet għall‑għażla aktar
rigoruża tal‑proġetti, it‑tisħiħ tal‑monitoraġġ tagħhom
u ż‑żieda tal‑prospetti tagħhom għas‑sostenibbiltà.