Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali Nru 9/2016: L-infiq tal-UE fuq il-politika esterna dwar il-migrazzjoni fil-pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar tal-Mediterran u l-Viċinat tal-Lvant sal-2014

Maltese icpdf.png 2 MB
17/03/2016

Ir-rapport jittratta ż-żewġ strumenti prinċipali ta' finanzjament (TPMA u ENPI) tad-dimensjoni esterna tal-politika komuni tal-UE dwar il-migrazzjoni, li għandha l-għan li tipprovdi ġestjoni effettiva tal-flussi tal-migrazzjoni, fi sħubija ma' pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu. Dan ir-rapport jeżamina jekk l-infiq taż-żewġ strumenti kellux objettivi ċari u jekk kienx effettiv u jekk kienx ikkoordinat tajjeb. Aħna sibna li, b'mod ġenerali, l-istrumenti ma pprovdew l-ebda strateġija ċara li permezz tagħha jista' jiġi identifikat il-kontribut tagħhom għall-objettivi, u għaldaqstant mhuwiex ċar x'inhu intenzjonat li jilħqu fil-livell tal-UE. Ta' spiss kien diffiċli li jitkejlu r-riżultati miksuba mill-infiq tal-UE, u kien diffiċli li jiġi vvalutat il-kontribut tal-migrazzjoni għall-iżvilupp. Il-politika hija kkaratterizzata minn governanza kumplessa, koordinazzjoni insuffiċjenti u min-nuqqas ta' stampa ġenerali tal-finanzjament li kienet tispeċifika min jiffinanzja xiex bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.