Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb;Report|34448f12-ee43-4b9f-a7ed-485586c2fbf5
-->
Rapport Speċjali Nru 13/2016: Assistenza tal-UE għat-tisħiħ tal-amministrazzjoni pubblika fil-Moldova

Maltese icpdf.png 835 KB
01/09/2016

Il-Moldova tirċievi l-ogħla ammont ta’ għajnuna mill-UE għal kull abitant minn fost il-ġirien kollha tal-Lvant tal-UE. Aħna eżaminajna jekk l-għajnuna mill-UE kinitx ikkontribwiet b’mod effettiv għat-titjib talamministrazzjoni pubblika tal-pajjiż.

Aħna kkonkludejna li l-appoġġ baġitarju kellu effett limitat. Il-Kummissjoni setgħet irreaġiet aktar fil-pront meta mmaterjalizzaw ir-riskji, u l-programmi ma kinux allinjati biżżejjed mal-istrateġiji tal-Moldova.

Il-Kummissjoni ma għamlitx użu sħiħ mill-abbiltà tagħha li tistabbilixxi kundizzjonijiet għall-iżburżar, u fondi addizzjonali bbażati fuq inċentivi ma kinux iġġustifikati għalkollox.

Il-proġetti li eżaminajna kienu rilevanti, u kienu wasslu l-outputs mistennija. Madankollu, mhux dejjem kienu kkoordinati tajjeb mal-programmi ta’ appoġġ baġitarju, u r-riżultati mhux dejjem kienu sostenibbli.