Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali Nru 32/2016: Assistenza mill-UE lill-Ukrajna

Maltese icpdf.png 871 KB
07/12/2016

F'dan ir-rapport, il-Qorti teżamina jekk l-assistenza mill-Kummissjoni u mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna kinitx effettiva fl-għoti ta’ appoġġ għat-trasformazzjoni tal-Ukrajna fi Stat iggvernat tajjeb fil-qasam tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, kif ukoll fis-settur tal-gass matul il-perjodu 2007-2015.

B’mod ġenerali, l-assistenza mill-UE lill-Ukrajna kienet parzjalment effettiva f'dawn it-tliet oqsma. Sal-2014, l-assistenza mill-UE kellha impatt limitat. Minkejja l-impetu l-ġdid għar-riforma mill-2014 ’il hawn, ir-riżultati li nkisbu sa issa jibqgħu fraġli. Dan ir-rapport jistipula ħames rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-assistenza mill-UE.