Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali Nru 22/2017: Missjonijiet ta’ Osservazzjoni Elettorali – saru sforzi biex jingħata segwitu għar-rakkomandazzjonijiet, iżda jeħtieġ li jkun hemm monitoraġġ aħjar

Maltese icpdf.png 2 MB
13/12/2017

l-UE tosserva elezzjonijiet li jsiru madwar id-dinja kollha bħala mezz biex tippromwovi d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt. Madwar xahrejn wara Jum l-Elezzjoni, il-missjonijiet ta’ osservazzjoni jagħmlu rakkomandazzjonijiet lill-pajjiż ospitanti bil-ħsieb li jsir titjib fil-qafas elettorali tiegħu. Aħna vvalutajna l-appoġġ li ġie pprovdut għall-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet f’erba’ pajjiżi: il-Ghana, il-Ġordan, in-Niġerja u s-Sri Lanka.

Aħna sibna li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni kienu għamlu sforzi raġonevoli biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet bl-użu tal-għodod li kellhom għad-dipożizzjoni tagħhom. Minkejja dan, jeħtieġ li jkun hemm aktar konsultazzjoni fuq il-post u li l-missjonijiet ta’ segwitu jitwettqu aktar ta’ spiss. Fl-aħħar nett, la teżisti stampa ġenerali ċentralizzata tar-rakkomandazzjonijiet u lanqas ma ssir valutazzjoni sistematika tal-istatus ta’ implimentazzjoni tagħhom. Il-Qorti tagħmel għadd ta’ rakkomandazzjonijiet biex isir aktar titjib f’dawn l-aspetti.