Report|34448f12-ee43-4b9f-a7ed-485586c2fbf5;Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali Nru 06/2018: Moviment Liberu tal-Ħaddiema – il-libertà fundamentali hija żgurata iżda orjentament aħjar tal-fondi tal-UE jkun ta’ għajnuna għall-mobbiltà tal-ħaddiema

Maltese icpdf.png 3 MB
27/02/2018

Fl 2018, aħna niċċelebraw il 50 anniversarju tar Regolament Fundatur dwar il moviment liberu tal-ħaddiema, wieħed mill erba’ libertajiet fundamentali tal Unjoni.

Aħna sibna li l-għodod stabbiliti mill Kummissjoni jiżguraw il moviment liberu tal-ħaddiema, iżda jimmeritaw ikunu magħrufin aħjar. Is similarità tal objettivi rispettivi taż-żewġ fondi tal UE li jappoġġaw il mobbiltà tal-ħaddiema (l FSE u l EASI) tagħmilha diffiċli li jkun hemm komplementarjetà bejniethom u d dgħufijiet fis sistema ta’ monitoraġġ ixekklu l evalwazzjoni tal azzjonijiet iffinanzjati. Fl-aħħar nett, il portal tal EURES, li fuqu jittellgħu l postijiet tax xogħol battala ġewwa l UE, ma jistax jiżviluppa f’għodda vera ta’ kollokament fl Ewropa dment li ċerti nuqqasijiet, bħar rata baxxa ta’ offerti ta’ impjieg ippubblikati fuqu, ma jiġux indirizzati.