Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali Nru 14/2018: Iċ-Ċentri ta’ Eċċellenza Kimiċi, Bijoloġiċi, Radjoloġiċi u Nukleari tal-UE: jeħtieġ li jsir aktar progress

Maltese icpdf.png 5 MB
19/06/2018

L-inizjattiva tal-UE dwar iċ-Centri ta’ Eċċellenza CBRN hija l-iskema prinċipali għall-mitigazzjoni tat-theddid u r-riskji kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari li jkunu ġejjin minn barra t-territorju tal-UE. Għalkemm dawn ir-riskji huma baxxi, hemm sinjali li qegħdin jiżdiedu u, li kieku kellhom jimmaterjalizzaw, l-impatt tagħhom fuq is-saħħa, l-ambjent u l-ekonomija globali jista’ jkun kbir. Din l-Inizjattiva għandha l-għan li ssaħħaħ il-kapaċitajiet tal-pajjiżi sħab permezz ta’ proġetti għall-bini tal-kapaċitajiet u ta’ netwerk għall-kooperazzjoni. Aħna eżaminajna jekk l-Inizjattiva tal-UE dwar is-CBRN kinitx immitigat it-theddid CBRN, u kkonkludejna li hija rnexxielha tagħmel dan iżda li għad baqa’ ħafna sfidi. Aħna nagħmlu għadd ta’ rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-Inizjattiva.