EU audit in brief|7fec41b4-43aa-486a-a6ee-f45f8005560f;Annual Report|da0c7c0c-7192-4e43-86e4-c510271c376b
-->
2017 Awditu tal-UE fil-qosor

Maltese icpdf.png 2 MB
04/10/2018

Kelmtejn dwar “L-awditu tal-UE fil-qosor għall-2017”

L-awditu tal-UE fil-qosor” għall-2017 jipprovdi stampa ġenerali tar-Rapporti Annwali 2017 tagħna, fejn aħna nippreżentaw id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Huwa jiddeskrivi wkoll is-sejbiet ewlenin tagħna rigward id-dħul u l-oqsma prinċipali ta’ nfiq taħt il-baġit tal-UE u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, kif ukoll is-sejbiet relatati mal-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, l-użu li jsir mill-informazzjoni dwar il-prestazzjoni, u s-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tagħna.

It-testi sħaħ tar-rapporti huma disponibbli fuq is-sit web www.eca.europa.eu jew f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) hija l-awditur indipendenti estern tal-UE. Aħna nwissu dwar riskji, nipprovdu aċċertament, niġbdu l-attenzjoni għal nuqqasijiet u prattika tajba, u noffru gwida lil dawk li jfasslu l-politika u lil-leġiżlaturi tal-UE dwar kif jista’ jsir titjib fil-ġestjoni tal-politiki u l-programmi tal-UE. Permezz tax-xogħol li nwettqu, aħna niżguraw li ċ-ċittadini tal-UE jkunu jafu kif qed jintnefqu flushom.