Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali Nru 24/2018: Dimostrar tal-ġbir u l-ħżin tal-karbonju u tas-sorsi innovattivi ta’ enerġija rinnovabbli fuq skala kummerċjali ġewwa l-UE: il-progress intenzjonat ma nkisibx matul dawn l-aħħar għaxar snin

Maltese icpdf.png 4 MB
23/10/2018

Bl-għan li tikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi tagħha dwar il-klima u l-enerġija għall-2020 u fuq terminu aktar fit-tul, l-UE niedet żewġ programmi kbar ta’ finanzjament fl-2009 b’appoġġ għall-ġbir u l-ħżin tal-karbonju (CCS) u s-sorsi innovattivi ta’ enerġija rinnovabbli: il-Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru (EEPR) u l-programm NER300. Filwaqt li huwa probabbli li l-UE tilħaq il-miri tagħha għall-2020, aħna sibna li ebda wieħed minn dawn il-programmi ma rnexxielu jintroduċi l-użu tas-CCS fl-UE. L-EEPR ikkontribwixxa b’mod pożittiv għall-iżvilupp tas-settur tal-enerġija eolika fuq il-baħar, iżda l-programm NER300 ma kisibx il-progress previst fl-appoġġ għad-dimostrazzjoni ta’ firxa usa’ ta’ teknoloġiji innovattivi tal-enerġija rinnovabbli.

L-UE issa qed tħejji biex tniedi l-Fond ta’ Innovazzjoni li mill-2021 se jissostitwixxi l-programm NER300, u qed tfassal il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid (2021-2027). Jeħtieġ li t-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju tiġi aċċellerata bl-għan li jintlaħqu l-objettivi tagħha dwar il-klima u l-enerġija għall-2030 u fuq terminu aktar fit-tul. F’dan il-kuntest, aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni Ewropea tindirizza d-dgħufijiet identifikati matul l-awditu tagħna u ssaħħaħ it-tfassil tal-programmi futuri.