Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali Nru 32/2018: Il-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-Unjoni Ewropea għall-Afrika: għodda flessibbli, iżda mhuwiex iffukat biżżejjed

Maltese icpdf.png 2 MB
05/12/2018

Il-Fond Fiduċjarju ta’ Emerġenza tal-Unjoni Ewropea għall-istabbiltà u li jindirizza l-għeruq ta’ dak li jikkawża l-migrazzjoni irregolari u l-ispostament tal-persuni fl-Afrika (l-“EUTF għall-Afrika”) għandu l-għan li jippromwovi l-istabbiltà u jgħin biex il-migrazzjoni tiġi mmaniġġjata aħjar billi jindirizza l-għeruq ta’ dak li jikkawża d-destabilizzazzjoni, l-ispostament sfurzat u l-migrazzjoni irregolari. Huwa jappoġġa attivitajiet f’26 pajjiż fi tliet reġjuni tal-Afrika: is-Saħel u l-Lag Chad, il-Qarn tal-Afrika u l-Afrika ta’ Fuq. L-awditu tagħna eżamina jekk l-EUTF għall-Afrika huwiex imfassal u implimentat tajjeb. Aħna nikkonkludu li l-EUTF għall-Afrika huwa għodda flessibbli, iżda meta nqisu l-isfidi mingħajr preċedent li huwa qed jiffaċċja, jidhrilna li t-tfassil tiegħu kellu jkun aktar iffukat. Meta mqabbel ma’ strumenti tradizzjonali, l-EUTF għall-Afrika kien aktar rapidu fit-tnedija tal-proġetti, iżda ffaċċja sfidi simili bħall-istrumenti tradizzjonali, li jdewmu l-implimentazzjoni tagħhom. Il-proġetti awditjati kienu f’fażi bikrija, iżda kienu bdew jipproduċu l-outputs.