Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali Nru 34/2018: Ġestjoni tal-ispazji għal uffiċċji tal-istituzzjonijiet tal-UE – ċerti prattiki huma tajbin iżda jeżistu wkoll diversi dgħufijiet

Maltese icpdf.png 4 MB
13/12/2018

L-istituzzjonijiet jonfqu madwar 11 % tal-baġit tagħhom fuq in-nefqa amministrattiva relatata mal-bini. Il-kompożizzjoni tal-portafolli immobiljari tvarja u tiddependi fuq il-mandat u l-istruttura organizzattiva ta’ kull istituzzjoni, madankollu, proporzjon sinifikanti tal-ispazju użat huwa ddedikat għall-uffiċċji. Il-Kummissjoni għandha l-akbar portafoll immobiljari, li aktar minn 80 % tiegħu jintuża bħala spazji għal uffiċċji.

Aħna eżaminajna l-ġestjoni tal-infiq fuq l-ispazji għal uffiċċji tal-ħames istituzzjonijiet li għandhom l-akbar ammont ta’ spazji għal uffiċċji (il-Parlament, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-BĊE). Aħna koprejna l-binjiet tagħhom li jinsabu fi Brussell, fil-Lussemburgu u fi Frankfurt, u qabbilna d-data u l-proċeduri ta’ ġestjoni tagħhom ma’ dawk ta’ istituzzjonijiet u korpi oħra tal-UE. B’mod ġenerali, aħna sibna li l-istituzzjonijiet jimmaniġġjaw l-infiq tagħhom fuq l-ispazji għal uffiċċji b’mod effiċjenti, u d-deċiżjonijiet li ttieħdu fir-rigward tal-ispazji għal uffiċċji kienu ġġustifikati. Huma jikkooperaw ma’ xulxin u japplikaw prinċipji simili f’dak li jirrigwarda t-teħid ta’ deċiżjonijiet.

Madankollu, l-istrateġiji immobiljari tagħhom mhux dejjem ġew ifformalizzati u xi drabi kienu obsoleti. Il-mekkaniżmi ta’ finanzjament tal-proġetti l-kbar ta’ kostruzzjoni li analizzajna kienu spiss kumplessi u, f’xi każijiet, affettwaw it-trasparenza baġitarja. Il-biċċa l-kbira minn dawn il-proġetti ddewmu, li f’xi każijiet dan wassal għal spejjeż addizzjonali. Ħafna mill-istituzzjonijiet ma jimmonitorjawx b’mod adegwat il-portafoll immobiljari tagħhom. Jeħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżviluppaw indikaturi komuni u jtejbu l-konsistenza tad-data li tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet baġitarji.