Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali Nru 35/2018: Trasparenza fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE mill-NGOs: jeħtieġ li jsiru aktar sforzi

Maltese icpdf.png 2 MB
18/12/2018

L-organizzazzjonijiet nongovernattivi (NGOs) huma atturi importanti fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE. Matul il-perjodu 2014-2017, il-Kummissjoni impenjat ammont stmat ta’ EUR 11.3 biljun biex jiġu implimentati mill-NGOs f’ħafna oqsma ta’ politika differenti tal-UE. L-awditu tagħna eżamina t-trasparenza tal-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE mill-NGOs b’fokus speċjali fuq l-azzjoni esterna li, fost l-oqsma kollha ta’ politika, hija l-akbar qasam li fih il-fondi tal-UE jiġu implimentati mill-NGOs. Aħna sibna li l-identifikazzjoni ta’ entitajiet bħala NGOs, min-naħa tal-Kummissjoni fis-sistemi tagħha, mhijiex affidabbli. Il-valutazzjoni tagħna turi li ġeneralment, l-għażla mill-Kummissjoni ta’ proġetti mmexxija mill-NGOs kienet trasparenti. Madankollu, għal xi wħud mill-korpi awditjati tan-NU, il-proċessi tal-għażla tal-NGOs ma kinux trasparenti. Il-Kummissjoni mhux dejjem tiġbor u tivverifika informazzjoni komprensiva dwar l-NGOs kollha li jiġu appoġġati. L-informazzjoni dwar il-fondi tal-UE implimentati mill-NGOs tiġi ppubblikata f’bosta sistemi, iżda l-informazzjoni disponibbli hija limitata. Aħna nikkonkludu li l-Kummissjoni ma kinitx trasparenti biżżejjed f’dak li jirrigwarda l-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE mill-NGOs, u li jeħtieġ li jsiru aktar sforzi biex tiżdied din it-trasparenza. Barra minn hekk, aħna fformulajna għadd ta’ rakkomandazzjonijiet biex dan iseħħ.