Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
2 MB
10/07/2019
Dan ir-rapport jivvaluta l-implimentazzjoni tat-testijiet
tal-istress għall-banek fl-UE kollha li jitwettqu taħt
il-mandat li ngħata lill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA).
Ix-xenarju tal-istress makroekonomiku kien tat-tip fejn
il-kundizzjonijiet ekonomiċi kienu qed imorru għall-agħar
meta mqabbla max-xenarju bażi, iżda x-xokk kien inqas
sever milli kkomunikat oriġinarjament.
L-effetti negattivi tax-xokk kienu kkonċentrati f’bosta
ekonomiji kbar, li l-biċċa l-kbira minnhom kellhom
prestazzjoni pjuttost tajba matul l-aħħar reċessjoni, aktar
milli fuq il-pajjiżi li kienu l-aktar milquta minn din il-kriżi.
Barra minn hekk, ix-xenarju ma ttestjax il-banek għal
xokkijiet finanzjarji severi, u ċerti riskji sistemiċi rilevanti ma
ġewx ikkunsidrati b’mod suffiċjenti.
Minħabba n-nuqqas ta’ riżorsi u l-arranġamenti ta’
governanza attwali, l-EBA ma kinitx f’pożizzjoni li tiżgura
“il-kumparabbiltà u l-affidabbiltà tal-metodi, il-prattiki u
r-riżultati”, kif previst fir-regolament. Minflok, hija kellha
sserraħ primarjament fuq l-awtoritajiet superviżorji
nazzjonali. Mil-lat pożittiv, ġie ppubblikat ammont kbir ta’
informazzjoni.