Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali Nru 12/2019: Kummerċ elettroniku: ħafna mill-isfidi relatati mal-ġbir tal-VAT u tad-dazji doganali għad iridu jiġu riżolti

Maltese icpdf.png 2 MB
16/07/2019

L-UE tħeġġeġ il-kummerċ elettroniku biex tiżgura li n-negozji u l-konsumaturi jkunu jistgħu jixtru u jbigħu fil-livell internazzjonali fuq l-internet, bħalma jagħmlu fis-swieq lokali tagħhom. L-Istati Membri huma responsabbli għall-ġbir tal-VAT u tad-dazji doganali dovuti fuq it-tranżazzjonijiet transfruntieri fil-qasam tal-kummerċ elettroniku. Aħna wettaqna dan l-awditu minħabba li kull nuqqas fil-ġbir tal-VAT u tad-dazji doganali jaffettwa l-baġits tal-Istati Membri u tal-UE, billi huma jridu jikkumpensaw għalih proporzjonalment għall-ING tagħhom. L-awdituri tagħna eżaminaw jekk il-Kummissjoni Ewropea stabbilietx qafas regolatorju u ta’ kontroll sod għall-kummerċ elettroniku fir-rigward tal-ġbir tal-VAT u tad-dazji doganali, u jekk il-miżuri ta’ kontroll adottati mill-Istati Membri jgħinux biex jiġi żgurat li l-VAT u d-dazji doganali fil-qasam tal-kummerċ elettroniku jinġabru fit-totalità tagħhom. Aħna sibna li minkejja l-iżviluppi pożittivi reċenti, attwalment, l-UE mhix qed tittratta dawn il-problemi b’mod adegwat, iżda hija indirizzat xi wħud mid-dgħufijiet identifikati fil-“pakkett dwar il-kummerċ elettroniku”.

Aħna nagħmlu għadd ta’ rakkomandazzjonijiet dwar kif il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom jindirizzaw aħjar l-isfidi identifikati u jistabbilixxu qafas regolatorju u ta’ kontroll sod.