Annual Report|da0c7c0c-7192-4e43-86e4-c510271c376b;Report|34448f12-ee43-4b9f-a7ed-485586c2fbf5
-->
Ir-Rapporti Annwali għas-sena finanzjarja 2018

Maltese icpdf.png 21 MB
08/10/2019

Kull sena l-QEA tawditja d-dħul u l-infiq tal-baġit tal-UE u tagħti l-opinjoni tagħha dwar kemm il-kontijiet annwali huma affidabbli u kemm it-tranżazzjonijiet tal-introjtu u tal-infiq jikkonformaw mar-regoli u r-regolamenti applikabbli.

L-infiq tal-UE ammonta għal total ta’ EUR 156.7 biljun fl-2018. Dan jammonta għal 1 % tal-introjtu nazzjonali gross tal-UE u jirrappreżenta bejn wieħed u ieħor 2 % tal-infiq pubbliku totali fl-Istati Membri tal-UE. Il-baġit tal-UE jiġi maqbul kull sena — fi ħdan il-kuntest ta’ oqfsa finanzjarji ta' seba’ snin — mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.

Il-Kummissjoni Ewropea, flimkien mal-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-UE, huma primarjament responsabbli milli jiżguraw li l-baġit jintnefaq kif suppost. Iżda, għal madwar żewġ terzi tal-infiq – prinċipalment fl-oqsma ta’ riżorsi naturali u ta’ koeżjoni – din ir-responsabbiltà hija kondiviża mal-Istati Membri.

L-awdituri tagħna jittestjaw kampjuni ta’ tranżazzjonijiet biex jipprovdu stimi bbażati fuq l-istatistika tal-punt sa fejn id-dħul u l-oqsma differenti ta' nfiq (gruppi ta' oqsma ta' politika) ikunu milquta minn żball.