Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali Nru 15/2019: Implimentazzjoni tal-pakkett ta’ riformi tal-persunal tal-2014 fil-Kummissjoni - Iffrankar sinifikanti, iżda mhux mingħajr konsegwenzi għall-persunal

Maltese icpdf.png 2 MB
24/09/2019

​Ir-Regolamenti tal-Persunal jipprovdu l-qafas li jirregola
l-impjieg ta’ uffiċjali u ta’ membri oħra tal-persunal
mal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE. Wara l-ewwel
riforma estensiva fl-2004, ir-regoli reġgħu ġew emendati
fl-2014 fi sforz biex titnaqqas in-nefqa fuq il-persunal tal-UE
u biex jiġi razzjonalizzat aktar is-servizz pubbliku tal-UE.
Aħna ħarisna lejn l-impatt tar-riformi tal-2014 fil-
Kummissjoni u kkonkludejna li dawn wasslu għal iffrankar
konsiderevoli fuq terminu twil. Madankollu, minkejja li
l-forza tax-xogħol tal-Kummissjoni saret aktar diversa u
flessibbli, l-impatt reali tal-bidliet fuq it-titjib tal-ġestjoni
tar-riżorsi umani kien pjuttost limitat. Aħna sibna wkoll li
l-pakkett tal-2014 kellu impatt negattiv fuq l-attraenza
tal-Kummissjoni bħala impjegatur. Sabiex jiġu indirizzati
l-isfidi futuri, jenħtieġ li l-monitoraġġ tal-forza tax-xogħol
tal-Kummissjoni jkun immirat aħjar fuq ir-riskji emerġenti.
Ir-Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni
subparagrafu, TFUE.