Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali Nru 16/2019: Il-Kontijiet Ekonomiċi Ambjentali Ewropej: l-utilità tagħhom għal min ifassal il-politika tista’ tittejjeb

Maltese icpdf.png 2 MB
10/10/2019

Il-Kontijiet Ekonomiċi Ambjentali Ewropej (EEEA) huma sors importanti ta’ data biex jiġu mmonitorjati u evalwati l-politiki ambjentali, bħas-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali u l-progress biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti. L-EEEA huma qafas statistiku li jikkonsisti minn sett komprensiv ta’ tabelli u kontijiet li jiddeskrivu r-relazzjoni bejn l-ambjent u l-ekonomija tal-UE.

Aħna wettaqna awditu ta’ jekk il-Kummissjoni stabbilietx, immaniġġjatx u użatx l-EEEA sewwa. L-awditu li wettaqna wera li l-moduli tal-EEEA ma ntużawx bil-potenzjal sħiħ tagħhom għall-monitoraġġ tal-politiki ambjentali ewlenin. Ibbażat fuq is-sejbiet tagħna, aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni ttejjeb il-qafas strateġiku tagħha għad-data tal-EEEA, ir-rilevanza tal-moduli tal-EEEA għat-tfassil tal-politika ambjentali, u t-tempestività tad-data tal-EEEA.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.