Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
3 MB
11/11/2019
L-abolizzjoni tal-verifiki fil-fruntieri, jiġifieri fil-fruntieri interni taż-żona Schengen saħħet l-importanza ta’ kontroll u sorveljanza effettivi tal-fruntieri esterni tagħha. Sabiex tgħin lill-gwardji tal-fruntiera jwettqu dawn il-kontrolli, l-UE stabbiliet għadd ta’ sistemi ta’ informazzjoni. L-awditu tagħna eżamina jekk is-sistemi prinċipali ta’ informazzjoni tal-UE għas-sigurtà interna jappoġġjawx il-kontrolli fil-fruntieri b’mod effiċjenti. Aħna sibna li l-gwardji tal-fruntieri qed jużaw u jiddependu dejjem aktar mis-sistemi meta jwettqu l-verifiki fil-fruntieri. Madankollu, attwalment hemm xi data li mhijiex inkluża fis-sistemi, filwaqt li data oħra jew mhijiex kompleta jew inkella ma tiddaħħalx b’mod f’waqtu. Dan inaqqas l-effiċjenza ta’ xi verifiki fil-fruntieri. Aħna nagħmlu għadd ta’ rakkomandazzjonijiet, pereżempju li l-proċeduri tal-kontroll tal-kwalità tad-data jittejbu u li d-dewmien tad-dħul tad-data kif ukoll iż-żmien meħtieġ biex jiġu identifikati d-dgħufijiet jitnaqqas.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.