Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
5 MB
13/11/2019
F’dan l-awditu, aħna vvalutajna jekk l-azzjoni ta’ appoġġ li ġiet iffinanzjata mill-
UE favur il-Greċja u l-Italja kinitx laħqet l-objettivi tagħha, u jekk il-proċeduri ta’
asil u ta’ ritorn kinux effettivi u rapidi. Aħna vvalutajna wkoll jekk l-iskemi
temporanji ta’ rilokazzjoni ta’ emerġenza kinux laħqu l-miri u l-objettiv
tagħhom. Aħna nikkonkludu li hemm disparitajiet bejn l-objettivi tal-appoġġ li
ngħata mill-UE u r-riżultati li nkisbu. L-iskemi ta’ rilokazzjoni ta’ emerġenza ma
laħqux il-miri tagħhom. Minkejja li kien hemm żieda fil-kapaċità tal-awtoritajiet
Griegi u Taljani, l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ asil qed tkompli tiġi
affettwata minn żminijiet tal-ipproċessar li huma twal u minn konġestjonijiet.
Bħal fil-bqija tal-UE, l-ammont ta’ ritorni mill-Greċja u mill-Italja huwa baxx,
għar-raġunijiet li ġew identifikati f’dan ir-rapport.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.