Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali Nru 09/2019: Appoġġ mogħti mill-UE lill-Marokk -sa issa riżultati limitati

Maltese icpdf.png 3 MB
11/12/2019

Dan l awditu vvaluta l effettività tal appoġġ baġitarju li ngħata mill UE lill Marokk mill 2014 sal 2018. Huwa kopra l appoġġ baġitarju fis setturi tas saħħa, tal protezzjoni soċjali, tal-ġustizzja u tal-iżvilupp tas settur privat, u analizza l-ġestjoni mwettqa mill Kummissjoni u evalwa l ilħuq tal objettivi. Il Kummissjoni qieset li l appoġġ baġitarju, bħala strument ta’ twassil tal-għajnuna, huwa l-aħjar għażla. Madankollu, aħna wasalna għall konklużjoni li l valur miżjud ta’ dan l appoġġ u l kapaċità tiegħu ta’ appoġġ għar riformi kienu limitati, minħabba fokus mhux ottimu, implimentazzjoni dgħajfa u monitoraġġ insuffiċjenti. Id dgħufijiet prinċipali kienu relatati mat tfassil tal indikaturi u mal valutazzjoni tar riżultati. Għalhekk, aħna għamilna rakkomandazzjonijiet biex l appoġġ jiġi ffukat fuq inqas setturi, jitjieb il mod kif jitfasslu l indikaturi, jissaħħu l proċeduri ta’ kontroll għall-iżborż kif ukoll id djalogu ta’ politika.

Rapport speċjali tal QEA skont l Artikolu 287(4), it tieni subparagrafu, TFUE