Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 01/2020: L-azzjoni tal-UE fil-qasam tal-Ekodisinn u t-Tikkettar tal-Enerġija: il-kontribut importanti għal effiċjenza akbar fl-enerġija tnaqqas minn dewmien sinifikanti u nuqqas ta’ konformità

Maltese icpdf.png 4 MB
15/01/2020

Il-leġiżlazzjoni dwar l-Ekodisinn taħdem billi tistabbilixxi rekwiżiti minimi tal-effiċjenza fl-enerġija kif ukoll rekwiżiti ambjentali għal prodotti domestiċi u industrijali. It-tikketti tal-enerġija tal-UE jipprovdu informazzjoni lill-konsumaturi dwar il-konsum tal-enerġija u l-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti, u jgħinuhom biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati.

Aħna sibna li l-azzjonijiet tal-UE kkontribwew b’mod effettiv biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika dwar l-Ekodisinn u t-Tikkettar tal-Enerġija, iżda din l-effettività tnaqqset minħabba dewmien sinifikanti fil-proċess regolatorju u nuqqas ta’ konformità mill-manifatturi u mill-bejjiegħa bl-imnut.

Ir-rakkomandazzjonijiet tagħna lill-Kummissjoni jindirizzaw titjib fil-proċess regolatorju u fil-mod kif jitkejjel l-impatt tal-politika, kif ukoll azzjonijiet li jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Awtoritajiet tas-Sorveljanza tas-Suq u li jtejbu l-konformità mal-politika.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.