Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 02/2020: It-tħaddim tal-Istrument għall-SMEs: programm effettiv u innovattiv li qed jiffaċċja xi sfidi

Maltese icpdf.png 2 MB
22/01/2020

B’ammont ta’ EUR 3 biljun għall-perjodu 2014-2020, l-Istrument tal-UE għall-SMEs jistinka biex jagħti appoġġ għall-innovazzjoni f’SMEs u f’negozji ġodda billi jimla l-lakuna fl-iffinanzjar u jżid il-kummerċjalizzazzjoni tar-riżultati tar-riċerka.

Aħna vvalutajna jekk l-istrument għall-SMEs iwassalx il-benefiċċji mistennija. B’mod ġenerali, aħna kkonkludejna li huwa jipprovdi appoġġ effettiv lill-SMEs fl-iżvilupp tal-proġetti ta’ innovazzjoni tagħhom, u li l-kisba tal-marka tal-UE tgħin lill-kumpaniji biex jattiraw investiment addizzjonali. Il-Kummissjoni timmaniġġja l-istrument b’mod kompetenti. Madankollu, aħna nirrakkomandaw titjib fil-mod kif il-benefiċjarji jiġu mmirati, fl-ilħuq ġeografiku u fl-għażla ta’ proġetti. Minbarra dan, jistgħu jsiru aktar sforzi biex jiġi attirat finanzjament addizzjonali li jkun jgħin biex jitqiegħdu proġetti ta’ innovazzjoni fis-suq.

Billi l-Istrument għall-SMEs tfassal mill-ġdid għall-perjodu 2021-2027 bħala parti mill-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (KEI), aħna nagħmlu rakkomandazzjonijiet b’mod partikolari għall-preservazzjoni ta’ aspetti partikolari tat-tfassil tiegħu, għat-titjib tal-għażla ta’ proġetti, għat-titjib tas-servizzi ta’ aċċellerazzjoni tan-negozju u għall-ħolqien ta’ sinerġiji ma’ strumenti finanzjarji oħra.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.