Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 03/2020: Il-Kummissjoni tikkontribwixxi għas-sikurezza nukleari fl-UE, iżda jinħtieġu aġġornamenti

Maltese icpdf.png 1 MB
14/02/2020

Ir-responsabbiltà primarja għas-sikurezza nukleari taqa’ taħt id-detenturi ta’ liċenzji ta’ installazzjonijiet nukleari u l-awtoritajiet nazzjonali. Ir-responsabbiltajiet speċifiċi tal-Kummissjoni f’dan il-qasam huma li tiżviluppa qafas legali Euratom u tissorvelja t-traspożizzjoni tiegħu fl-Istati Membri; li tivverifika l-faċilitajiet għall-monitoraġġ tar-radjuattività tal-Istati Membri; u tivverifika l-kompatibbiltà tal-investimenti fis-settur nukleari mat-Trattat Euratom.

Aħna nikkonkludu li, b’mod ġenerali, il-Kummissjoni użat dawn il-kompetenzi b’mod tajjeb u kkontribwiet għas-sikurezza nukleari fl-UE.

Ir-rakkomandazzjonijiet tagħna jiffukaw fuq ir-rwol li l-Kummissjoni għandha f’dak li jirrigwarda l-monitoraġġ tat-traspożizzjoni ta’ direttivi Euratom, il-qafas li abbażi tiegħu hija toħroġ l-opinjonijiet dwar investimenti fis-settur nukleari, u l-approċċ li hija tapplika meta tħejji l-opinjonijiet u twettaq verifikazzjonijiet tal-faċilitajiet għall-monitoraġġ tar-radjuattività.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.