Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 08/2020: Investimenti tal-UE f’siti kulturali: suġġett li jistħoqqlu aktar fokus u koordinazzjoni

Maltese icpdf.png 4 MB
23/04/2020

Fil-qasam tal-Kultura, l-objettiv globali għall-UE, kif stabbilit fit-Trattat, huwa biex din tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali tagħha u tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew. Billi l-kultura hija prinċipalment kompetenza tal-Istati Membri, l-Unjoni tista’ biss tistimola l-kooperazzjoni fosthom u tappoġġa l-azzjonijiet tagħhom jew tissupplimenta dawn l-azzjonijiet.

Aħna vvalutajna l-effetti ekonomiċi, soċjali u kulturali tal-investimenti li saru taħt il-FEŻR f’siti kulturali, u s-sostenibbiltà finanzjarja u fiżika ta’ dawk is-siti. Aħna eżaminajna x-xogħol tal-Kummissjoni u vvalutajna 27 proġett minn 7 Stati Membri.

L-awditu kkonkluda li l-qafas attwali għandu nuqqas ta’ fokus u jeħtieġ aktar koordinazzjoni biex jiġu żgurati l-effettività u s-sostenibbiltà tal-investimenti li jsiru taħt il-FEŻR f’siti kulturali.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.