Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 11/2020: Effiċjenza fl-enerġija fil-bini: għadu jinħtieġ fokus akbar fuq il-kosteffettività

Maltese icpdf.png 3 MB
28/04/2020

Aħna vvalutajna jekk l-investimenti relatati mal-effiċjenza fl-enerġija fil-bini, li huma kkofinanzjati mill-UE, kinux għenu b’mod kosteffettiv lill-UE lejn l-ilħuq tal-mira tagħha tal-iffrankar tal-enerġija għall-2020. Aħna kkonkludejna li l-programmi operazzjonali u l-għażla tal-proġetti ma kinux immotivati minn raġunament ta’ kosteffettività. Filwaqt li l-Istati Membri talbu li l-bini jiġi rinnovat biex jiffranka minimu ta’ enerġija u tittejjeb il-klassifikazzjoni tal-enerġija tiegħu, għal dan xi kultant kellu jitħallas prezz għoli. Minħabba nuqqas ta’ valutazzjoni komparattiva tal-merti tal-proġetti u ta’ sollijiet minimi/massimi għall-kosteffettività, il-proġetti li jwasslu għal iffrankar akbar tal-enerġija jew għal benefiċċji oħra bi spiża aktar baxxa ma ngħatawx prijorità. Aħna nirrakkomandaw titjib fl-ippjanar, fl-għażla u fil-monitoraġġ tal-investimenti biex tittejjeb il-kosteffettività tal-infiq.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.