Special report|20d56233-5179-449f-93ac-6c9e8f3787cb
-->
Rapport Speċjali 10/2020: Infrastrutturi tat-trasport fl-UE: tinħtieġ aktar rapidità fl-implimentazzjoni ta’ megaproġetti biex l-effetti tan-network jitwasslu fil-ħin

Maltese icpdf.png 9 MB
16/06/2020

Aħna awditjajna l-ġestjoni min-naħa tal-Kummissjoni ta’ 8 megaproġetti tat-trasport transfruntiera fi 13-il Stat Membru. Dawn huma links ewlenin neqsin meħtieġa biex jiġu konnessi n-network s nazzjonali bil-għan li jinħolqu kurituri Ewropej tat-trasport mingħajr interruzzjonijiet. l-ispiża totali stmata tat-TFIs magħżula kienet tammonta għal EUR 54.0 biljun; li sal-lum EUR 3.4 biljun minnhom tħallsu mill-UE.

Aħna sibna li huwa improbabbli li n-network ewlieni jkun operazzjonali sal-2030, kif kien ippjanat fl-2013. Id-dewmien fil-kostruzzjoni u fit-tħaddim ta’ dawn il-megaproġetti jpoġġi f’riskju l-funzjonament effettiv ta’ ħamsa mid-disa’ kurituri tat-TEN-T. Aħna sibna eżempji ta’ ppjanar ħażin u ta' implimentazzjoni ineffiċjenti. Is-sorveljanza tal-Kummissjoni f’dak li jirrigwarda l-ikkompletar f’waqtu tan-network għandha d-dgħufijiet u hija distanti, iżda l-Kummissjoni għandha għodda li tista’ sservi bħala bażi biex tittejjeb il-prestazzjoni.

Biex tittejjeb il-ġestjoni finanzjarja tajba ta’ dawn l-investimenti li jiswew bosta biljuni ta’ euro, aħna nagħmlu għadd ta’ rakkomandazzjonijiet biex jiġu apoġġati l-ippjanar fuq terminu twil, il-ġestjoni u s-superviżjoni ta' dawn l-investimenti f'infrastrutturi li jiswew bosta biljuni.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.

 

 

Podcasts:

Rail Baltica (EN)

Lyon-Turin (EN)

Mina ta’ Bażi ta’ Brenner (EN)

Link fiss tal-Fehmarn Belt (EN)

Basque Y u l-konnessjoni tagħha ma’ Franza (EN)

Kanal ta’ bejn ix-Xmara Seine u t-Tramuntana tal-Ewropa (komponent prinċipali tal-link Seine-Scheldt) (EN)

Awtostrada A1 (EN)

Linja ferrovjarja E59 (EN)